29.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
152 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta’ l-10 ta’ Frar 2005
li tistabbilixxi r-regoli li jimplimentaw id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkonċerna l-mekkaniżmu għall-moniteraġġ [ta’] l-emissjonijiet ta’ gass serra tal-Komunità u biex jiġi implimentat il-Protokoll ta’ Kyoto
(notifikat bid-dokument numru C(2005) 247)
(2005/166/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li tikkonċerna l-mekkaniżmu għall-moniteraġġ [ta’] l-emissjonijiet ta’ gass serra tal-Komunità u biex jiġi implimentat il-Protokoll ta’ Kyoto (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 3(3), 4(2), 5(6) u 8(3) tagħha,
Billi:
(1) |
L-informazzjoni rrapportata kull sena lill-Kummissjoni hija meħtieġa sabiex tkun tista’ ssir il-valutazzjoni tal-progress effettiv sabiex jiġu ssodisfati l-impenji tal-Komunità u ta’ l-Istati Membri tagħha relatati mal-limitu jew mat-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet kollha tal-gassijiet serra skond il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidliet fil-Klima (UNFCCC) u l-Protokoll ta’ Kjoto u jkunu jistgħu jiġu ppreparati r-rapporti annwali mill-Komunità skond l-obbligi taħt l-UNFCC u l-Protokoll ta’ Kjoto. |
(2) |
Il-Kummissjoni għandha tirrivedi l-elementi elenkati fl-Artikolu 4(1) ta’ din id-Deċiżjoni jekk jintalabu elementi addizzjonali skond ir-reviżjoni ta’ l-UNFCCC ta’ l-inventarju Komunitarju, u għandha tadotta l-emendi meħtieġa skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 9(2) tad-Deċiżjoni 280/2004/KE sabiex l-Istati Membri jkunu meħtieġa jirrapportaw dwar dawn l-elementi fir-rapporti sussegwenti tagħhom skond l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 280/2004/KE. |
(3) |
L-informazzjoni rrapportata lill-Kummissjoni kull sentejn hija meħtieġa sabiex tkun tista’ ssir il-valutazzjoni tal-progress ipproġettat tal-Komunità u ta’ l-Istati Membri tagħha ħalli jiġu ssodisfati l-impenji tagħhom skond l-UNFCCC u l-Protokoll ta’ Kjoto. |
(4) |
Il-Kummissjoni għandha tirrivedi l-Anness II u l-Anness III u, sa l-1 ta’ Jannar 2007, għandha tadotta kwalunkwe emenda meħtieġa skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 9(2) tad-Deċiżjoni 280/2004/KE. |
(5) |
Il-Kummissjoni għandha tirrivedi l-Anness II u l-Anness III u, sa l-1 ta’ Jannar 2007, għandha tadotta kwalunkwe emenda meħtieġa skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 9(2) tad-Deċiżjoni 280/2004/KE. |
(6) |
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jippreparaw ir-rapporti tagħhom dwar id-dimostrazzjoni ta’ progress miksub sa l-2005 skond il-linji ta’ gwida għar-rapportaġġ dwar il-komunikazzjonijiet nazzjonali ta’ l-UNFCCC u l-linji ta’ gwida skond l-Artikolu 7 tal-Protokoll ta’ Kjoto. |
(7) |
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jippreparaw ir-rapporti tagħhom dwar il-perjodu addizzjonali ffissat fl-Akkordi ta’ Marrakexx sabiex ikunu ssodisfati l-impenji hekk kif jiskadi dak il-perjodu hekk kif ġie stabbilit fil-linji ta’ gwida skond l-Artikolu 7 tal-Protokoll ta’ Kjoto. |
(8) |
Il-proċeduri u l-perjodi ta’ żmien għall-kooperazzjoni u għall-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Komunità b’relazzjoni għall-obbligi skond id-Deċiżjoni 280/2004/KE li ġew stabbiliti f’din id-Deċiżjoni se jiżguraw l-implimentazzjoni f’waqtha u effettiva ta’ dawn l-obbligi. |
(9) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat li jissemma fl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni 280/2004/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
KAPITOLU I
Is-suġġett
Artikolu 1
Is-suġġett
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-regoli li jimplimentaw id-Deċiżjoni 280/2004/KE rigward dan li ġej:
(a) |
ir-rapportaġġ ta’ l-informazzjoni li tissemma fl-Artikolu 3(1) u (2) tad-Deċiżjoni 280/2004/KE, skond l-Artikolu 3(3) ta’ dik id-Deċiżjoni; |
(b) |
l-istabbiliment ta’ sistema ta’ inventarju Komunitarju skond l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni 280/2004/KE; |
(c) |
ir-rekwiżiti għar-rapportaġġ dwar id-dimostrazzjoni ta’ progress kif inhu meħtieġ mill-Artikolu 3(2) tal-Protokoll ta’ Kjoto u għar-rapportaġġ b’relazzjoni għall-perjodu addizzjonali ffissat fl-Akkordi ta’ Marrakexx sabiex jiġu ssodisfati l-impenji skond l-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 280/2004/KE; |
(d) |
il-proċeduri u l-perjodi ta’ żmien għall-kooperazzjoni u għall-koordinazzjoni ta’ l-obbligi elenkati fl-Artikolu 8(1) tad-Deċiżjoni 280/2004/KE, skond l-Artikolu 8(3) ta’ dik id-Deċiżjoni. |
KAPITOLU II
Ir-rapportaġġ mill-Istati Membri
Taqsima 1
Ir-rapporti annwali
Artikolu 2
Il-gwida għad-determinazzjoni u għar-rapportaġġ
1. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-informazzjoni li tiġi rrapportata skond l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 280/2004/KE skond:
(a) |
il-linji ta’ gwida riveduti tal-Bord Intergovernattiv dwar il-Bidla fil-Klima (IPCC) ta’ l-1996 għall-inventarji nazzjonali tal-gassijiet serra, li minn hawn ’il quddiem se jissejħu il-“linji ta’ gwida riveduti ta’ l-IPCC għall-inventarji nazzjonali tal-gassijiet serra ta’ l-1996”; |
(b) |
il-linji ta' gwida ta' prattika tajba u l-ġestjoni ta’ l-inċertezza ta' l-IPCC fl-inventarji nazzjonali tal-gassijiet serra, li minn hawn ’il quddiem se jissejħu il-“linji ta’ gwida ta’ prattika tajba ta’ l-IPCC”; |
(c) |
il-linji ta’ gwida ta’ prattika tajba ta’ l-IPCC għall-użu ta’ l-art, għall-bidla fl-uża ta’ l-art u għall-foresterija (LULUCF), li minn hawn ’il quddiem se jissejħu il-“linji ta’ gwida ta’ prattika tajba ta’ l-IPCC għal-LULUCF”. |
2. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw l-informazzjoni rrapportata skond l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 280/2004/KE lill-Kummissjoni b’kopja tintbagħat lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent skond:
(a) |
il-linji ta’ gwida għall-preparazzjoni tal-komunikazzjonijiet nazzjonali mill-Paritjiet inklużi fl-Anness I għall-Konvenzjoni, parti I: Il-linji ta’ gwida UNFCCC tar-rapportaġġ dwar inventarji annwali, li minn hawn ’il quddiem se jissejħu il-“linji ta’ gwida UNFCCC tar-rapportaġġ dwar inventarji annwali”; |
(b) |
il-linji ta’ gwida għall-preparazzjoni ta’ l-informazzjoni meħtieġa skond l-Artikolu 7 tal-Protokoll ta’ Kjoto, li minn hawn ’il quddiem se jissejħu l-“linji ta’ gwida skond l-Artikolu 7 tal-Protokoll ta’ Kjoto”. |
3. Ir-rapport komplut dwar l-inventarju nazzjonali li jissemma fit-tieni sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 280/2004/KE, għandu jiġi abbozzat billi tintuża l-istruttura tar-rapport dwar l-inventarju nazzjonali stabbilita fil-linji ta’ gwida UNFCCC tar-rapportaġġ dwar inventarji annwali.
Artikolu 3
Ir-rapportaġġ skond l-Artikolu 3(1)(d) tad-Deċiżjoni 280/2004/KE
1. Skond l-Artikolu 3(3) tal-Protokoll ta’ Kjoto u skond id-deċiżjonijiet rilevanti adottati skond il-Protokoll, għall-fini ta’ l-Artikolu 3(1)(d) tad-Deċiżjoni 280/2004/, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw l-emissjonjiet antropoġeniċi tal-gassijiet serra tagħhom skond is-sorsi u l-assorbiment tagħhom skond is-sinkijiet mill-attivitajiet tal-bidla fl-użu ta’ l-art u tal-foresterija skond l-Artikolu 3(3) tal-Protokoll ta’ Kjoto għas-snin bejn l-1990 u s-sena ta’ qabel ta’ l-aħħar.
L-Istati Membri li jeleġġu maniġment għall-foresti, maniġment għall-artijiet ta’ l-uċuh tar-raba’, maniġment għall-artijiet għall-mergħa jew għar-riveġetazzjoni skond l-Artikolu 3(4) tal-Protokoll ta’ Kjoto, għandhom ukoll jirrapportaw l-emissjonjiet antropoġeniċi tal-gassijiet serra skond is-sorsi u l-assorbiment skond is-sinkijiet għal kull attività magħżula għas-snin bejn l-1990 u s-sena ta’ qabel ta’ l-aħħar.
L-Istati Membri għandhom jagħmlu distinzjoni ċara bejn din l-informazzjoni mill-istimi ta’ l-emissjonjiet antropoġeniċi u s-sorsi elenkati fl-Anness A għall-Protokoll ta’ Kjoto.
2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni fil-paragrafu 1 fir-rapporti tagħhom li jitressqu mill-15 ta’ Jannar 2010 ’il quddiem.
Artikolu 4
Ir-rapportaġġ skond l-Artikolu 3(1)(f) tad-Deċiżjoni 280/2004/KE
1. Għall-fini ta’ l-Artikolu 3(1)(f) tad-Deċiżjoni 280/2004/KE, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw:
(a) |
deskrizzjoni ta’ l-arranġamenti istituzzjonali ta’ l-Istat Membru għall-preparazzjoni ta’ l-inventarju u għall-proċess tal-preparazzjoni ta’ l-inventarju; |
(b) |
deskrizzjoni tal-metodoloġiji u tas-sorsi tad-data li ntużaw, inkluża l-informazzjoni dwar il-metodi li ntużaw, u t-tipi ta’ data ta’ attività u l-fatturi ta’ emissjoni li ntużaw għas-sorsi ewlenin tal-Komunità kif ġew iddeterminati kull sena mill-Kummissjoni sal-31 ta’ Ottubru skond il-Kapitolu 7 tal-linji ta’ gwida ta’ prattika tajba ta’ l-IPCC u skond il-Kapitolu 5 tal-linji ta’ gwida ta’ prattika tajba ta’ l-IPCC għal-LULUCF. L-Istati Membri għandhom jipprovdu din l-informazzjoni billi jirreferu għat-taqsimiet tar-rapport dwar l-inventarju nazzjonali jew fil-format tabulari pprovdut fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni; |
(c) |
l-informazzjoni dwar il-programm ta’ l-assigurazzjoni tal-kwalità u tal-kontroll tal-kwalità ta’ l-Istat Membru, inklużi l-għanijiet tal-kwalità u l-pjan ta’ l-assigurazzjoni tal-kwalità u tal-kontroll tal-kwalità ta’ l-inventarju; |
(d) |
valutazzjoni ta’ l-inċertezza ġenerali; |
(e) |
valutazzjoni ġenerali tal-kompletezza, fejn tiġi indirizzata l-kopertura ġeografika ta’ dak l-Istat Membru u kwalunkwe nuqqas fis-sottomissjoni ta’ l-inventarju; |
(f) |
il-paragun tal-metodu settorjali mal-metodu ta’ referenza; |
(g) |
kwalunkwe reazzjoni għall-analiżi mill-UNFCCC ta’ l-inventarji nazzjonali preċedenti li ġew riċevuti minn meta tressaq l-inventarju nazzjonali preċedenti u l-informazzjoni dwar kwalunkwe kalkolu mill-ġdid li twettaq; |
(h) |
id-deskrizzjoni u l-interpretazzjoni tat-tendenzi ta’ l-emissjonijiet imgħoddija. |
2. Għall-informazzjoni li għandha tkun ipprovduta skond il-punti (a) sa (e) fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jindikaw li ma kien hemm l-ebda bidla f’dawk it-taqsimiet tar-rapport dwar l-inventarju nazzjonali.
Artikolu 5
Ir-rapportaġġ skond l-Artikolu 3(1)(g) tad-Deċiżjoni 280/2004/KE
L-informazzjoni mir-reġistru nazzjonali li tissemma fl-Artikolu 3(1)(g) tad-Deċiżjoni 280/2004/KE għandha tinkludi l-informazzjoni meħtieġa kif ġiet stabbilit fil-linji ta’ gwida skond l-Artikolu 7 tal-Protokoll ta’ Kjoto.
Artikolu 6
Ir-rapportaġġ skond l-Artikolu 3(1)(h) tad-Deċiżjoni 280/2004/KE
L-informazzjoni dwar l-entitajiet legali li jissemmew fl-Artikolu 3(1)(h) tad-Deċiżjoni 280/2004/KE għandha tinkludi lista ta’ entitajiet legali awtorizzati mill-Istat Membru sabiex iżommu unitajiet tal-kwantità assenjata (AAUs), unitajiet ta’ assorbiment (RMUs), unitajiet ta’ tnaqqis ta’ l-emissjonijiet (ERUs) u tnaqqis iċċertifikat fl-emissjonijiet (CERs), inklużi CERs temporanji (tCERS) u CERs fit-tul (lCERs).
Artikolu 7
Ir-rapportaġġ skond l-Artikolu 3(1)(j) tad-Deċiżjoni 280/2004/KE
L-informazzjoni dwar l-indikaturi li tissemma fl-Artikolu 3(1)(j) tad-Deċiżjoni 280/2004/KE:
(a) |
sal-15 ta’ Jannar 2005 u kull sena sussegwenti, għandha tinkludi l-valuri għall-indikaturi prijoritarji elenkati fit-tabella II-1 fl-Anness II; |
(b) |
sal-15 ta’ Jannar 2005, missha tinkludi, u sal-15 ta’ Jannar 2006 u kull sena sussegwenti għandha tinkludi l-valuri għall-indikaturi prijoritarji addizzjonali elenkati fit-tabella II-2 fl-Anness II; |
(c) |
sal-15 ta’ Jannar 2005 u kull sena sussegwenti, għandha tinkludi l-valuri għall-indikaturi supplementari elenkati fit-tabella II-3 fl-Anness II. |
Taqsima 2
Ir-rapporti biennali
Artikolu 8
Il-gwida għar-rapportaġġ
L-Istati Membri għandhom jirrapportaw l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 280/2004/KE skond il-linji ta’ gwida għall-preparazzjoni tal-komunikazzjonijiet nazzjonali mill-Partijiet inklużi fl-Anness I għall-Konvenzjoni, Parti II: Il-linji ta’ gwida għar-rapportaġġ dwar il-komunikazzjonijiet nazzjonali ta’ l-UNFCCC, li minn hawn ’il quddiem se jissejħu il-“linji ta’ gwida għar-rapportaġġ dwar il-komunikazzjonijiet nazzjonali ta’ l-UNFCCC”, u l-Linji ta’ Gwida skond l-Artikolu 7 tal-Protokoll ta’ Kjoto.
Artikolu 9
Ir-rapportaġġ skond l-Artikolu 3(2)(a) tad-Deċiżjoni 280/2004/KE
L-informazzjoni dwar il-politiki u l-miżuri nazzjonali li jissemmew fl-Artikolu 3(2)(a) tad-Deċiżjoni 280/2004/KE għandha tinkludi:
(a) |
lista ta’ dawk il-politiki u ta’ dawk il-miżuri li skadew jew ġew irrevokati matul il-perjodu ta’ rapportaġġ; |
(b) |
deskrizzjoni ta’ l-interazzjoni effettiva u mistennija ma’ politiki u miżuri oħra rilevanti u ma’ politiki u leġiżlazzjoni Komunitarji rilevanti; |
(c) |
l-indikaturi għall-projezzjonijiet għas-snin 2005, 2010, 2015 u 2020 kif ġew elenkati fl-Anness III għal din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 10
Ir-rapportaġġ skond l-Artikolu 3(2)(b) tad-Deċiżjoni 280/2004/KE
1. Għall-fini ta’ l-Artikolu 3(2)(b) tad-Deċiżjoni 280/2004/KE, l-Istati Membri għandhom jidentifikaw b’mod ċar il-projezzjonijiet tagħhom “b”miżuri “u” b’miżuri addizzjonali” u l-politiki u l-miżuri inklużi hemmhekk.
Projezzjoni “b’miżuri” għandha tinludi politiki u miżuri implimentati u adottati. Projezzjoni “b’miżuri addizzjonali” għandha tinkludi politiki u miżuri ppjanati.
L-Istati Membri jistgħu jinkludu informazzjoni dwar projezzjonijiet “bla miżuri” bħala parti mill-projezzjonijiet “b’miżuri” u “b’miżuri addizzjonali” tagħhom. Projezzjoni “bla miżuri” għandha teskludi l-politiki u l-miżuri kollha li ġew implimentati, adottati jew ippjanati wara s-sena magħżula bħala s-sena tal-bidu għal din il-projezzjoni.
2. Id-deskrizzjonijiet tal-metodoloġiji, tal-mudelli, tas-suppożizzjonijiet sottostanti u tal-parametri ewlenin ta’ input u ta’ output li jissemmew fl-Artikolu 3(2)(b)(iv) tad-Deċiżjoni 280/2004/KE, jekk jintużaw, għandhom jinkludu l-parametri mandatorji kif ġie stabbilit fil-punt 1 ta’ l-Anness IV għal din id-Deċiżjoni.
L-Istati Membri qed jiġu mħeġġa jirrapportaw il-parametri dwar il-projezzjonijiet inklużi fil-lista tal-parametri rrakkomandati li ġiet stabbilita fil-punt 2 ta’ l-Anness IV għal din id-Deċiżjoni.
L-Istati Membri għandhom iwettqu analiżi ta’ sensittività tal-projezzjonijiet tagħhom, fejn għandhom jiffokaw fuq il-varjabbli prinċipali ta’ l-input fil-mudelli ta’ projezzjoni tagħhom.
L-Istati Membri qed jiġu mħeġġa jiddefinixxu xenarju għoli, ċentrali u baxx għall-varjabbli ewlenin ta’ l-input u jikkwantifikaw l-emissjonijiet projettati għal dawn ix-xenarji. Barra minn hekk, l-Istati Membri qed jiġu mħeġġa jinludu kejl ta’ kemm huwa sod il-mudell ta’ tbassir tagħhom u l-metodi tiegħu li ntużaw għall-valutazzjonijiet tagħhom. L-Istati Membri jistgħu jiqsu l-użu ta’ xenarji b’għadd ta’ varjanti, fejn jużaw kombinazzjonijiet ta’ varjabbli ta’ l-input.
Artikolu 11
Ir-rapportaġġ skond l-Artikolu 3(2)(a)(vi) u l-Artikolu 3(2)(d) tad-Deċiżjoni 280/2004/KE
L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-użu li qed jagħmlu mill-implimentazzjoni konġunta, mill-mekkaniżmu ta’ żvilupp nadif u mill-iskambju internazzjonali ta’ l-emisjonijiet, skond l-Artikoli 6, 12 u 17 tal-Protokoll ta’ Kjoto, sabiex jissodisfaw l-impenji kkwantifikati ta’ limitu jew ta’ tnaqqis ta’ l-emissjonijiet skond l-Artikolu tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/358/KE (2) u skond il-Protokoll ta’ Kjoto fuq il-bażi tal-kwestjonarju stabbilit fl-Anness V għal din id-Deċiżjoni. L-Istati Membri qed jiġu mħeġġa jipprovdu din l-informazzjoni fuq bażi annwali bħala parti mir-rapport tagħhom skond l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 280/2004/KE.
L-Istati Membri jistgħu jillimitaw din l-informazzjoni għall-bidliet jew għaż-żidiet ma’ l-informazzjoni rrapportata fuq il-bażi tal-kwestjonarju għas-sena preċedenti.
KAPITOLU III
Is-sistema ta’ l-inventarju Komunitarju
Taqsima 1
Is-sistema ta’ l-inventarju Komunitarju
Artikolu 12
Il-kwalità u l-iskambju ta’ l-informazzjoni u tad-data fis-sistema ta’ l-inventarju Komunitarju
1. L-Istati Membri għandhom ikunu żguri mill-kwalità tad-data ta’ attività, tal-fatturi ta’ emissjoni, u ta’ parametri oħra li ntużaw għall-inventarju nazzjonali tal-gassijiet serra tagħhom skond il-linji ta’ gwida ta’ prattika tajba ta’ l-IPCC u l-linji ta’ gwida ta’ prattika tajba ta’ l-IPCC għal-LULUCF.
2. L-Istati Membri għandhom iressqu l-inventarju annwali tagħhom f’format elettroniku quddiem il-Kummissjoni u għandhom jibagħtu kopja lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.
Taqsima 2
L-istimi għad-data nieqsa minn inventarju nazzjonali skond l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni 280/2004/KE
Artikolu 13
L-istimi għad-data nieqsa minn inventarju nazzjonali skond l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni 280/2004/KE
Jekk Stat Membru ma jressaqx id-data kollha meħtieġa skond l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 280/2004/KE sal-15 ta’ Marzu ta’ sena ta’ rapportaġġ, il-Kummissjoni għandha tipprepara stimi għad-data nieqsa għal dak l-Istat Membru biex ikunu inklużi fl-inventarju Komunitarju tal-gassijiet serra għal dik is-sena ta’ rapportaġġ u għal dik il-kategorija tas-sorsi, skond il-linji ta’ gwida UNFCCC tar-rapportaġġ dwar inventarji annwali u l-linji ta’ gwida riveduti ta’ l-IPCC għall-inventarji nazzjonali tal-gassijiet serra ta’ l-1996.
Artikolu 14
1. L-istimi tal-Kummissjoni għad-data nieqsa għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji stabbiliti fil-paragrafi 2, 3 u 4.
2. Jekk għall-kategorija rilevanti tas-sorsi mingħand l-Istat Membru tkun disponibbli serje temporali konsistenti ta’ stimi rrapportati għas-snin preċedenti li ma kinitx suġġetta għal aġġustamenti skond l-Artikolu 5(2) tal-Protokoll ta’ Kjoto, biex tinkiseb l-istima ta’ l-emissjonijiet għandha tintuża l-estrapolazzjoni ta’ dik is-serje temporali.
Għall-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju mis-settur ta’ l-enerġija, l-estrapolazzjoni ta’ l-emissjonijiet għandha tkun ibbażata fuq il-bidla f’perċentwali ta’ l-istimi ta’ l-Eurostat għall-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju.
3. Jekk fis-snin preċedenti l-istima għall-kategorija tas-sorsi rilevanti kienet suġġetta għal aġġustamenti skond l-Artikolu 5(2) tal-Protokoll ta’ Kjoto u l-Istat Membru ma ressaqx stima riveduta, għandu jintuża l-metodu bażiku ta’ aġġustament li jintuża mit-tim espert ta’ reviżjoni kif ġie stabblit fil-gwida teknika dwar il-metodoloġiji għall-aġġustamenti skond l-Artikolu 5(2) tal-Protokoll ta’ Kjoto, li minn hawn ’il quddiem se tissejjaħ il-“gwida teknika għall-aġġustamenti”, mingħajr applikazzjoni tal-fattur kawtelativ ddefinit f’dik il-gwida.
4. Jekk serje temporali konsistenti ta’ stimi rapportati għall-kategoriji rilevanti tas-sorsi ma tkunx disponibbli u jekk l-istima tal-kategrija tas-sorsi ma ġietx suġġetta għal aġġustamenti skond l-Artikolu 5(2) tal-Protokoll ta’ Kjoto, l-istima għandha tkun ibbażata fuq il-gwida teknika għall-aġġustamenti, mingħajr l-applikazzjoni tal-fattur kawtelativ iddefinit f’dik il-gwida.
Artikolu 15
Il-Kummissjoni għandha tipprepara l-istimi li jissemmew fl-Artikolu 14 sal-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ rapportaġġ, wara konsultazzjoni ma’ l-Istat Membru kkonċernat, u għandha tikkomunika dawk l-istimi lill-Istati Membri l-oħra.
Artikolu 16
L-Istat Membru kkonċernat għandu juża l-istimi li jissemmew fl-Artikolu 14 għas-sottomissjoni nazzjonali tiegħu lill-UNFCCC sabiex tkun żgurata l-konsistenza bejn l-inventarju Komunitarju u l-inventarji ta’ l-Istati Membri.
KAPITOLU IV
Ir-rapportaġġ dwar id-dimostrazzjoni ta’ progress sa l-2005 u l-perjodu addizzjonali sabiex ikunu ssodisfati l-impenji
Taqsima 1
Ir-rapporti dwar id-dimostrazzjoni ta’ progress sa l-2005
Artikolu 17
Ir-rapportaġġ ta’ l-Istati Membri dwar id-dimostrazzjoni ta’ progress miksub sa l-2005 skond l-Artikolu 5(4) tad-Deċiżjoni 280/2004/KE
1. L-Istati Membri għandhom jippreparaw ir-rapport dwar id-dimostrazzjoni ta’ progress miksub sa l-2005 skond il-linji ta’ gwida għar-rapportaġġ dwar il-komunikazzjonijiet nazzjonali ta’ l-UNFCCC u l-Linji ta’ Gwida skond l-Artikolu 7 tal-Protokoll ta’ Kjoto. Ir-rapport għandu jinkludi:
(a) |
deskrizzjoni tal-miżuri domestiċi, inkluż kwalunkwe pass legali u istituzzjonali, li ġie adottat sabiex jiġi ssodisfat l-impenn ta’ dak l-Istat Membru skond l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2002/358/KE u skond il-Protokoll ta’ Kjoto, u kwalunkwe programm għall-konformità u għall-infurzar domestiċi; |
(b) |
informazzjoni dwar it-tendenzi fi, u l-projezzjoni ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet serra fuq il-livell nzzjonali, fejn it-tendenzi għandhom ikunu bbażati fuq id-data dwar l-inventarju mressqa mill-Istati Membri quddiem l-UNFCCC sal-15 ta’ April 2005; |
(c) |
evalwazzjoni ta’ kif il-miżuri domestiċi li jissemmew fil-punt (a), fid-dawl tat-tendenzi u tal-projezzjoni li jissemmew fil-punt (b), se jagħtu kontribut sabiex l-Istat Membru jissodisfa l-impenji tiegħu skond l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2002/358/KE u skond il-Protokoll ta’ Kjoto; |
(d) |
deskrizzjoni ta’ l-attivitajiet, ta’ l-azzjonijiet u tal-programmi mwettqa mill-Istat Membru sabiex jissodisfa l-impenji tiegħu skond l-Artikoli 10 u 11 tal-Protokoll ta’ Kjoto. |
2. L-Istati Membri għandhom iressqu r-rapport bħala dokument wieħed, inklużi l-erba’ kapitoli li jinkludu l-informazzjoni elenkata fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 1.
L-informazzjoni dwar il-projezzjonjiet li jissemmew fil-paragrafu 1(b) għandha tkun konsistenti ma’ l-informazzjoni mressqa quddiem il-Kummissjoni sal-15 ta’ Ġunju 2005 skond l-Artikolu 5(3) tad-Deċiżjoni 280/2004/KEC.
Taqsima 2
Ir-rapporti ma’ l-iskadenza tal-perjodu addizzjonali sabiex ikunu ssodisfati l-impenji
Artikolu 18
Ir-rapportaġġ ta’ l-Istati Membri ma’ l-iskadenza tal-perjodu addizzjonali sabiex ikunu ssodisfati l-impenji skond l-Artikolu 5(5) tad-Deċiżjoni 280/2004/KE
Skond il-modalitajiet għar-rendikont tal-kwantitajiet assenjati skond l-Artikolu 7(4) tal-Protokoll ta’ Kjoto, ir-rapport ta’ kull Stat Membru, għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
għas-sena kalendarja kurrenti sa tmiem il-perjodu addizzjonali sabiex ikunu ssodisfati l-impenji (iddefiniti skond il-Ħin Medjan ta’ Greenwich), il-kwantità totali ta’:
|
(b) |
il-kwantità totali u n-numri serjali ta’ ERUs, AAUs, RMUs, CERs (inklużi lCERs u tCERs) fil-kont ta’ rtirar ta’ l-Istat Membru fi tmiem il-perjodu ta’ rapportaġġ; |
(c) |
il-kwantità totali u n-numri serjali ta’ ERUs, CERs u AAUs li l-Istat Membru jitlob li jinġarru ’l quddiem għall-perjodu ta’ impenn sussegwenti. |
Dik l-informazzjoni għandha tinkludi biss ERUs, AAUs, RMUs, CERs (inklużi lCERs u tCERs) li jkunu validi għall-perjodu ta’ impenn in kwistjoni. Għandha tkun iddeterminata fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni li tkun disponibbli skond l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2216/2004 (3) u għandha titressaq f’format elettroniku.
Artikolu 19
Ir-rapportaġġ Komunitarju ma’ l-iskadenza tal-perjodu addizzjonali sabiex ikunu ssodisfati l-impenji skond l-Artikolu 5(5) tad-Deċiżjoni 280/2004/KE
Ir-rapport Komunitarju għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
Il-kwantitajiet totali ta’ l-unitajiet elenkati fl-Artikolu 18(a) irrapportati mill-Istati Membri u l-kwantitajiet totali ta’ dawk l-unitajiet iddepożitati fir-reġistru Komunitarju; |
(b) |
Il-kwantità totali u n-numri serjali ta’ ERUs, AAUs, RMUs, CERs (inklużi lCERs u tCERs) fil-kontijiet ta’ rtirar ta’ l-Istati Membri u tal-Komunità fi tmiem il-perjodu ta’ rapportaġġ; |
(c) |
Il-kwantità totali u n-numri serjali ta’ ERUs, CERs u AAUs li kull Stat Membru u l-Komunità jitolbu li jinġarru ’l quddiem għall-perjodu ta’ impenn sussegwenti skond il-modalitajiet għar-rendikont tal-kwantitajiet assenjati skond l-Artikolu 7(4) tal-Protokoll ta’ Kjoto. |
KAPITOLU V
Il-proċeduri u l-perjodi ta’ żmien għall-kooperazzjoni u għall-koordinazzjoni
Artikolu 20
Il-kompilazzjoni ta’ l-inventarju Komunitarju tal-gassijiet serra u tar-rapport dwar l-inventarju skond l-Artikolu 8(1)(a) tad-Deċiżjoni 280/2004/KE
1. L-Istati Membri għandhom jużaw l-għodod tar-ReportNet ta’ l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, ipprovduti skond ir-Regolament Nru 1641/2003 (4), biex titressaq l-informazzjoni annwali skond l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 280/2004/KE.
2. Kwalunkwe data aġġornata pprovduta mill-Istati Membri skond l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni 280/2004/KE għandha tkun limitata għalli tkun ipprovduta data nieqsa u jitneħħew l-inkonsistenzi.
3. Il-proċeduri u l-iskeda taż-żminjiet għall-kompilazzjoni ta’ l-inventarju Komunitarju u tar-rapport dwar l-inventarju kif ġie stabbilit fl-Anness VI.
Artikolu 21
Il-proċeduri ta’ reviżjoni, aġġustament u konformità skond l-UNFCCC u l-Protokoll ta’ Kjoto skond l-Artikolu 8(1)(b) u (c) tad-Deċiżjoni 280/2004/KE
1. Jekk fl-1 ta’ Ġunju, Stat Membru ma jkunx ressaq rapport annwali dwar l-inventarju quddiem l-UNFCCC, għandu jinnotifika immedjatament lill-Kummissjoni.
2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni fi żmien ġimgħa minn meta jirċievu kwalunkwe element mill-informazzjoni li ġejja mingħand l-UNFCCC:
(a) |
indikazzjonijiet minn tim espert ta’ reviżjoni ta’ problemi relatati ma’ l-inventarju ta’ l-Istat Membru li jeħtieġ li jiġi aġġustat; |
(b) |
korrezzjonijiet għall-istimi ta’ l-inventarju applikati bi ftehim bejn l-Istat Membru u t-tim espert ta’ reviżjoni għas-sottomissjoni ta’ l-inventarju kkonċernata; |
(c) |
stimi aġġustati inklużi f’abbozz ta’ rapport individwali dwar ir-reviżjoni ta’ inventarju applikati fejn l-Istat Membru ma kkorreġiex il-problema għas-sodisfazzjon tat-tim espert ta’ reviżjoni; |
(d) |
kwistjonijiet ta’ implimentazzjoni li tressqu quddiem il-Kumitat ta’ Konformità skond il-Protokoll ta’ Kjoto, in-notifika mill-Kumitat ta’ Konformità sabiex wieħed jipproċedi bi kwistjoni ta’ implimentazzjoni, u s-s-sejbiet u d-deċiżjonijiet preliminari kollha tal-Kumitat ta’ Konformità u tal-fergħat kollha tiegħu li jikkonċernaw lill-Istat Membru. |
Rigward il-punt (a), l-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar kif qed jippjana li jindirizza l-problemi li ġew identifikati mit-tim espert ta’ reviżjoni.
Rigward il-punt (c), l-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni jekk jaċċettax jew jiċħadx l-aġġustamenti proposti.
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra fi żmien ġimgħa minn meta tirċievi l-informazzjoni fil-punti (a) sa (d) mill-Istat Membru kkonċernat.
3. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri fi żmien ġimgħa minn meta tirċievi l-informazzjoni li ġejja mingħand l-UNFCCC:
(a) |
l-indikazzjonijiet minn tim espert ta’ reviżjoni tal-problemi relatati ma’ l-inventarju Komunitarju li jeħtieġ li jiġu aġġustati; |
(b) |
il-korrezzjonijiet għall-istimi ta’ l-inventarju applikati bi ftehim bejn il-Komunità u t-tim espert ta’ reviżjoni lis-sottomissjoni ta’ l-inventarju kkonċernata; |
(c) |
l-istimi aġġustati inklużi f’abbozz ta’ rapport individwali dwar ir-reviżjoni ta’ inventarju li ġew applikat fejn il-Komunità ma kkorreġietx il-problema għas-sodisfazzjon tat-tim espert ta’ reviżjoni; |
(d) |
il-kwistjonijiet ta’ implimentazzjoni li tressqu quddiem il-Kumitat ta’ Konformità skond il-Protokoll ta’ Kjoto, in-notifika mill-Kumitat ta’ Konformità sabiex wieħed jipproċedi bil-kwistjoni ta’ implimentazzjoni, u s-sejbiet u d-deċiżjonijiet preliminari kollha tal-Kumitat ta’ Konformità u tal-fergħat tiegħu li jikkonċernaw il-Komunità. |
4. L-Istati Membri għandhom jikkoordinaw ir-reazzjoni tagħhom għall-proċess ta’ reviżjoni b’relazzjoni għall-obbligi skond id-Deċiżjoni 280/2004/KE mal-Kummissjoni:
(a) |
fil-perjodi ta’ żmien ipprovduti skond il-Protokoll ta’ Kjoto, jekk l-istimi aġġustati f’sena waħda jew l-aġġustamenti kumulattivi fi snin sussegewnti tal-perjodu ta’ impenn għal Stat Membru wieħed jew aktar jimplikaw aġġustamenti fl-inventarju Komunitarju sa ammont li jwassal biex ma jiġux issodisfati r-rekwiżiti metodoloġiċi u ta’ rapportaġġ skond l-Artikolu 7(1) tal-Protokoll ta’ Kjoto għall-fini tar-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà kif inhu stabbilit fil-linji ta’ gwida skond l-Artikolu 7 tal-Protokoll ta’ Kjoto; |
(b) |
fi żmien ġimgħatejn qabel is-sottomissjoni lill-entitajiet rilevanti skond il-Protokoll ta’ Kjoto ta’ dawn li ġejjin:
|
5. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bl-aġġustamenti li ġew ikkalkulati għall-istimi ta’ l-inventarji tagħhom waqt il-proċedura volontarja ta’ aġġustament li ġiet applikata skond il-gwida teknika għall-aġġustamenti.
Artikolu 22
Il-preparazzjoni tar-rapporti dwar id-dimostrazzjoni ta’ progress skond l-Artikolu 8(1)(d) tad-Deċiżjoni 280/2004/KE
1. L-abbozz tar-rapport tal-Kummissjoni dwar id-dimostrazzjoni ta’ progress miksub sa l-2005 mill-Komunità għandu jiġi ċċirkolat lill-Istati Membri sat-30 ta’ Lulju 2005. L-Istati Membri għandhom jgħaddu kwalunkwe kumment mhux aktar tard mill-31 ta’ Awwissu 2005.
2. L-Istati Membri għandhom iressqu r-rapporti tagħhom dwar id-dimostrazzjoni ta’ progress miksub sa l-2005 lis-segretarjat ta’ l-UNFCCC sa l-1 ta’ Jannarr 2006 u fl-istess data għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’kopja elettronika ta’ dik is-sottomissjoni.
Artikolu 23
Ir-rapportaġġ dwar id-determinazzjoni tal-kwantità assenjata skond l-Artikolu 8(1)(e) tad-Deċiżjoni 280/2004/KE
1. Sal-15 ta’ Jannar 2006, kull Stat Membru għandu jressaq l-informzzjon li ġejja quddiem il-Kummissjoni:
(a) |
is-serje temporali kompluta ta’ l-inventarji ta’ l-emissjonijiet antropoġeniċi skond is-sorsi u l-assorbiment skond is-sinkijiet tal-gassijiet serra li mhumiex ikkontrollati mill-Protokoll ta’ Montreal kif ġie rrapportat lill-UNFCCC; |
(b) |
l-identifikazzjoni tas-sena bażi magħżula tiegħu għall-idrofluworokarbonji, għall-perfluworokarbonji u għall-eżafluworidu tal-kubrit kif ġiet irrapportata lill-UNFCCC; |
(c) |
il-proposta tiegħu għal-livell ta’ emissjoni tiegħu f’termini ta’ tunnellati metriċi ta’ ekwivalenti għad-dijossidu tal-karbonju skond l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2002/358/KE u skond l-Artikolu 3(7) u (8) tal-Protokoll ta’ Kjoto, wara l-istabbiliment ta’ figuri definittivi ta’ emissjoni ta’ sena bażi u fuq il-bażi ta’ l-impenji kwantifikati ta’ limitu jew ta’ tnaqqis ta’ l-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2002/358/KE u fil-Protokoll ta’ Kjoto, fejn jitqiesu l-metodoloġiji biex jiġu stmati l-emissjonijiet antropoġeniċi skond is-sorsi u l-assorbiment skond is-sinkijiet li jissemmew fl-Artikolu 5(2) tal-Protokoll ta’ Kjoto u l-modalitajiet għall-kalkolu tal-kwantità assenjata skond l-Artikolu 3(7) u (8) tal-Protokoll ta’ Kjoto. |
(d) |
il-kalkolu tar-riserva tal-perjodu ta’ impenn tiegħu bħala 90 fil-mija tal-kwantità assenjata proposta tiegħu jew 100 fil-mija ta’ ħames darbiet l-inventarju li ġie rivedut l-aktar reċenti, liema minnhom huwa l-aktar baxx; |
(e) |
l-identifikazzjoni ta’ l-għażla tiegħu ta’ valuri minimi waħdanija għall-kopertura tal-qċaċet tas-siġar, ta’ l-erja ta' l-art u ta’ l-għoli tas-siġar biex jintużaw ħalli jingħata rendikont ta’ l-attivitajiet tiegħu skond l-Artikolu 3(3) u (4) tal-Protokoll ta’ Kjoto, flimkien ma’ ġustifikazzjoni għall-konsistenza ta’ dawk il-valuri ma’ l-informazzjoni li kienet storikament irrapportata lill-Organizzazzjoni ta’ l-Ikel u ta’ l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti jew entitajiet internazzjonali oħra, u fil-każ ta’ differenza, spjegazzjoni ta’ għaliex u kif intgħażlu tali valuri, skond id-definizzjonijiet, il-modalitajiet, ir-regoli u l-linji ta’ gwida relatati ma’ l-attivitajiet ta’ l-użu ta’ l-art, tal-bidla fl-użu ta’ l-art u tal-foresterija skond il-Protokoll ta’ Kjoto; |
(f) |
l-identifikazzjoni ta’ l-għażla ta’ l-attivitajiet tiegħu skond l-Artikolu 3(4) biex tkun inkluża fir-rendikont tiegħu għall-ewwel perjodu ta’ impenn, flimkien ma’ informazzjoni dwar kif is-sistema nazzjonali tiegħu skond l-Artikolu 5(1) tal-Protokoll ta’ Kjoto se tidentifika l-erjas ta’ l-art assoċjati ma’ l-attivitjiet, skond id-definizzjonijiet, il-modalitajiet, ir-regoli u l-linji ta’ gwida relatati ma’ l-attivitajiet ta’ l-użu ta’ l-art, tal-bidla fl-użu ta’ l-art u tal-foresterija skond il-Protokoll ta’ Kjoto; |
(g) |
għal kull attività skond l-Artikolu 3(3) u (4) tal-Protokoll ta’ Kjoto, l-identifikazzjoni ta’ jekk hux biħsiebu jagħti rendikont annwali jew għall-perjodu ta’ impenn kollu; |
(h) |
deskrizzjoni tas-sistema nazzjonali tiegħu skond l-Artikolu 5(1) tal-Protokoll ta’ Kjoto, kif inhu stabbilit fil-linji ta’ gwida skond l-Artikolu 7 tal-Protokoll ta’ Kjoto; |
(i) |
deskrizzjoni tar-reġistru nazzjonali tiegħu, kif inhu stabbilit fil-linji ta’ gwida skond l-Artikolu 7 tal-Protokoll ta’ Kjoto. |
L-Istati Membri li mhumiex elenkati fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2002/358/KE għandhom iressqu din l-informazzjoni sal-15 ta’ Ġunju 2006.
2. L-iskeda taż-żminijiet għall-preparazzjoni u għas-sottomissjoni tar-rapporti li jissemmew fl-Artikolu 7(1) tad-Deċiżjoni 280/2004/KE u li tressqu skond il-modalitajiet għar-rendikont tal-kwantitajiet assenjati skond l-Artikolu 7(4) tal-Protokoll ta’ Kjoto ġiet stabbilita fl-Anness VII.
Artikolu 24
Ir-rapportaġġ b’relazzjoni għall-perjodu addizzjonali biex ikunu ssodisfati l-impenji skond l-Artikolu 8(1)(f) tad-Deċiżjoni 280/2004/KE
1. Ir-rapporti ta’ l-Istat Membru hekk kif jiskadi l-perjodu addizzjonali sabiex ikunu ssodisfati l-impenji għandhom jitressqu quddiem is-Segretarjat ta’ l-UNFCCC u l-Kummissjoni fi żmien xahar wara li jiskadi l-perjodu addizzjonali biex ikunu ssodisfati l-impenji.
2. Ir-rapport Komunitarju hekk kif jiskadi l-perjodu addizzjonali biex ikunu ssodisfati l-impenji għandu jitressaq quddiem is-Segretarjat ta’ l-UNFCCC fi żmien xahar wara li jiġu riċevuti r-rapporti ta’ l-Istati Membri li jissemmew fil-paragrafu 1.
KAPITOLU VI
Id-dispożizzjonijiet finali
Artikolu 25
Id-dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 26
Id-destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Frar 2005.
Għall-Kummissjoni
Stavros DIMAS
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 130, 15.5.2002, p. 1.
(3) ĠU L 386, 29.12.2004, p. 1.
(4) ĠU L 245, 29.9.2003, p. 1.
ANNESS I
Tabella għall-metodoloġiji, għas-sorsi tad-data u għall-fatturi ta’ emissjoni li ntużaw mill-Istati Membri għas-sorsi ewlenin tal-KE għall-fini ta’ l-Artikolu 4(1)(b)
L-informazzjoni dwar il-metodi li ntużaw tista’ tkun il-metodu tal-livelli, il-mudell jew metodu speċifiku għall-pajjiż. Id-data ta’ attività tista’ tkun minn statistika nzzjonali jew speċifika għal impjant. Il-fatturi ta’ emissjoni jistgħu jkunu l-fatturi ta’ emissjoni awtomatiċi ta’ l-IPCC kif ġie deskritt fil-qosor fil-linji ta’ gwida riveduti ta’ l-IPCC għall-inventarji nazzjonali tal-gassijiet serra ta’ l-1996 u fil-linji ta’ gwida ta’ prattika tajba ta’ l-IPCC, fatturi ta’ emissjoni speċifiċi għal pajjiż, fatturi ta’ emissjoni speċifiċi għal impjant, jew fatturi ta’ emissjoni tal-CORINAIR li ġew żviluppati skond il-Konvenzjoni ta’ l-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfinali ta’ l-Arja fuq Distanza Twila.
TABELLA I -1:
Ir-rapporti sommarju Komunitarji għall-metodi, għad-data ta’ attività u għall-fatturi ta’ emissjoni li ntużaw (L-Enerġija)
IS-SORS U S-SINK TAL-GASSIJIET SERRA |
CO2 |
CH4 |
N2O |
|||||||||||
IL-KATEGORIJI |
Is-sors ewlieni (1) |
Il-metodu applikat (2) |
Id-data ta’ attività (3) |
Il-fattur ta’ emissjoni (4) |
Is-sors ewlieni (1) |
Il-metodu applikat (2) |
Id-data ta’ attività (3) |
Il-fattur ta’ emissjoni (4) |
Is-sors ewlieni (1) |
Il-metodu applikat (2) |
Id-data ta’ attività (3) |
Il-fattur ta’ emissjoni (4) |
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TABELLA I -2
Ir-rapporti sommarju Komunitarji għall-metodi, għad-data ta’ attività u għall-fatturi ta’ emissjoni li ntużaw (il-proċessi industrijali)
IS-SORS U S-SINK TAL-GASSIJIET SERRA |
CO2 |
CH4 |
N2O |
HFCs |
PFCs |
SF6 |
||||||||||||||||||||
IL-KATEGORIJI |
Is-sors ewlieni (1) |
Il-metodu applikat (2) |
Id-data ta’ l-attività (3) |
Il-fattur ta’ emissjoni (4) |
Is-sors ewlieni (1) |
Il-metodu applikat (2) |
Id-data ta’ l-attività (3) |
Il-fattur ta’ emissjoni (4) |
Is-sors ewlieni (1) |
Il-metodu applikat (2) |
Id-data ta’ l-attività (3) |
Il-fattur ta’ emissjoni (4) |
Is-sors ewlieni (1) |
Il-metodu applikat (2) |
Id-data ta’ l-attività (3) |
Il-fattur ta’ emissjoni (4) |
Is-sors ewlieni (1) |
Il-metodu applikat (2) |
Id-data ta’ l-attività (3) |
Il-fattur ta’ emissjoni (4) |
Is-sors ewlieni (1) |
Il-metodu applikat (2) |
Id-data ta’ l-attività (3) |
Il-fattur ta’ emissjoni (4) |
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TABELLA I -3
Ir-rapporti sommarju Komunitarji għall-metodi, għad-data ta’ attività u għall-fatturi ta’ emissjoni li ntużaw(is-solventi u l-użu ta’ prodotti oħra, l-agrikoltura)
IS-SORS U S-SINK TAL-GASSIJIET SERRA |
CO2 |
CH4 |
N2O |
|||||||||||
IL-KATEGORIJI |
Is-sors ewlieni (1) |
Il-metodu applikat (2) |
Id-data ta’ l-attività (3) |
Il-fattur ta’ emissjoni (4) |
Is-sors ewlieni (1) |
Il-metodu applikat (2) |
Id-data ta’ l-attività (3) |
Il-fattur ta’ emissjoni (4) |
Is-sors ewlieni (1) |
Il-metodu applikat (2) |
Id-data ta’ l-attività (3) |
Il-fattur ta’ emissjoni (4) |
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TABELLA I -4
Ir-rapporti sommarju Komunitarji għall-metodi, għad-data ta’ attività u għall-fatturi ta’ emissjoni li ntużaw (il-bidla fl-użu ta’ l-art u l-foresterija, l-iskart, oħra)
IS-SORS U S-SINK TAL-GASSIJIET SERRA |
CO2 |
CH4 |
N2O |
|||||||||||
IL-KATEGORIJI |
Is-sors ewlieni (1) |
Il-metodu applikat (2) |
Id-data ta’ l-attività (3) |
Il-fattur ta’ emissjoni (4) |
Is-sors ewlieni (1) |
Il-metodu applikat (2) |
Id-data ta’ l-attività (3) |
Il-fattur ta’ emissjoni (4) |
Is-sors ewlieni (1) |
Il-metodu applikat (2) |
Id-data ta’ l-attività (3) |
Il-fattur ta’ emissjoni (4) |
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
Il-Prodotti ta’ l-Injam Maħsuda |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
Punti fil-Memorandum: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
Il-Bankers Internazzjonali |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
L-Avjazzjoni |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
Tal-Baħar |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
L-Emissjonijiet tas-CO2 mill-Bijomassa |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(1) Is-sorsi ewlenin tal-Komunità. Għandhom jimtlew mill-Kummissjoni/mill-EEA b’riżultati mill-analiżi tal-kategoriji ewlenin mis-sottomissjoni ta’ l-inventarju preċedenti.
(2) Uża l-elementi ta’notazzjoni li ġejjin biex tispeċifika l-metodu applikat:
|
D (awtomatiku ta’ l-IPCC), |
|
RA (Metodu ta’ Referenza), |
|
T1 (Livell 1 ta’ l-IPCC), |
|
T1a, T1b, T1c (Livell 1a, Livell 1b u Livell 1c ta’ l-IPCC, rispettivament), |
|
T2 (Livell 2 ta’ l-IPCC), |
|
T3 (Livell 3 ta’ l-IPCC), |
|
C (CORINAIR), |
|
CS (Speċifiku għall-Pajjiż). |
|
M (Mudell) |
|
COPERT X (Mudell Copert X = Verżjoni) |
Jekk qed tuża aktar minn metodu wieħed f’kategorija ta’ sorsi waħda, innumera l-metodi rilevanti. L-ispjegazzjonijiet rigward metodi speċifiċi għal pajjiż jew kwalunkwe modifika għall-metodi awtomatiċi ta’ l-IPCC, kif ukoll informazzjoni rigward l-użu ta’ Il-metodi differenti għal kull kategorija ta’ sorsi fejn ikun indikat aktar minn metodu wieħed, għandhom jitniżżlu fil-kaxxa tad-dokmentazzjoni.
(3) Uża l-elementi ta’ notazzjoni li ġejjin biex tispeċifika s-sorsi tad-data ta’ attività li ntużaw:
|
NS (statistika nazzjonali), |
|
RS (statistika reġjonali), |
|
IS (statistika internazzjonali), |
|
PS (data Speċifika għal Impjant). |
|
AS (assoċjazzjonjiet, organizzzzjonijiet tan-negozju) |
|
Q (kwestjonarji, servejs speċifiċi) |
Jekk l-elementi t’aktar ’il fuq mhumiex adattati għaċ-ċirkustanzi nazzjonali, uża elementi addizzjonali u spjegahom fil-kaxxa tad-dokumentazzjoni. Fejn intużat taħlita ta’ sorsi AD, uża notazzjonijiet differenti fl-istess ċelluli b’ akar spjegazzjonijiet fil-kaxxa tad-dokumentazzjoni.
(4) Uża l-elementi ta’ notazzjoni li ġejjin sabiex tispeċifika l-fattur ta’ emissjoni li ntuża:
|
D (awtomatiku ta’ l-IPCC), |
|
C (CORINAIR), |
|
CS (Speċifiku għal Pajjiż), |
|
PS (Speċifiku għal Impjant). |
Fejn intużat taħlita ta’ fatturi ta’ emissjoni, uża notazzjonijiet differenti fl-istess ċelluli b’aktar spjegazzjonijiet fil-kaxxa tad-dokumentazzjoni.
*
|
L-informazzjoni sħiħa dwar kwistjonijiet metodoloġiċi, bħal metodi, data ta’ attività u fatturi ta’ emissjoni li ntużaw, tista’ tinstab fit-taqsimiet tas-settur rilevanti tal-kapitolu 5 tan-NIR. Jekk tkun meħtieġa kwalunkwe informazzjoni addizzjonali. Biex tifhem il-kontenut ta’ din it-tabella, uża din il-kaxxa tad-dokumentazzjoni sabiex tipprovdi referenzi għat-taqsima rilevanti tan-NIR fejn jistgħu jinstabu aktar dettalji.
|
*
|
Fejn intużat taħlita ta’ metodi/fatturi ta’ emissjoni f’kategorija waħda ta’ sorsi, uża din il-kaxxa tad-dokumentazzjoni biex tispeċifika dawk il-metodi/fatturi ta’ emissjoni għad-diversi sotto-sorsi fejn ġew applikati (ara wkoll in-noti ta’ qiegħ il-paġna 2 sa 4 għal din it-tabella).
|
ANNESS II
LISTA TA’ INDIKATURI ANNWALI
TABELLA II-1
Lista ta’ indikaturi prijoritarji (1)
Nru |
In-Nomenklatura fl-indikaturi ta’ l-Eurostat ta’ l-effiċjenza fl-enerġija |
L-Indikatur |
In-numeratur/id-denominatur |
|
1 |
MACRO |
L-intensità totali tas-CO2 tal-PGD, t/Miljuni ta’ Euro |
L-emissjonijiet totali tas-CO2, kt |
L-emissjonijiet totali tas-CO2 (ħlief il-LUCF) kif ġie rrapportat fis-CRF |
PGD, Biljuni ta’ Euro (EC95) |
Il-prodott gross domestiku bil-prezzijiet kostanti ta’ l-1995 (sors: Il-Kontabbiltà Nazzjonali) |
|||
2 |
MACRO B0 |
L-intensità tas-CO2 relatata ma’ l-enerġija tal-PGD, t/Miljuni ta’ Euro |
L-emissjonijiet tas-CO2 mill-konsum ta’ l-enerġija, kt |
L-emissjonjiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili (kategorija tas-sorsi ta’ l-IPCC 1A, metodu settorjali) |
PGD, Biljuni ta’ Euro (EC95) |
Il-prodott gross domestiku bil-prezzijiet kostanti ta’ l-1995 (sors: Il-Kontabbiltà Nazzjonali) |
|||
3 |
TRANSPORT C0 |
L-emissjonijiet tas-CO2 mil-karozzi tal-passiġġieri, kt |
|
L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili għall-attività kollha ta’ trasport bil-karozzi tal-passiġġieri (karozzi mfassla primarjament għat-trasport tal-persuni u li jesgħu 12-il persuna jew inqas; klassi tal-piż gross tal-vettura ta’ 3 900 kg jew inqas — Kategorija tas-sorsi ta’ l-IPCC 1A3bi). |
In-numru ta’ kilometri mill-karozzi tal-passiġġieri, Mkm |
|
In-numru ta’ kilometri mill-karozzi tal-passiġġieri. (sors: Statistika tat-Trasport) Nota: Jekk ikun possibbli, id-data ta’ attività għandha tkun konsistenti mad-data dwar l-emissjonijiet.. |
||
4 |
INDUSTRY A1 |
L-intensità tas-CO2 relatata ma’ l-enerġija ta’ l-industrija, t/Miljuni ta’ Euro |
L-emissjonijiet tas-CO2 mill-industrija, kt |
L-emissjonjiet mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili fl-industriji tal-manifattura, fil-kostruzzjoni u fit-tħaffir fil-minjieri u fil-barrieri (ħlief il-minjieri tal-faħam u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass) inkluża l-kombustjoni għall-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku u tas-sħana (kategorija tas-sorsi ta’ l-IPCC 1A2). L-enerġija li tintuża għat-trasport mill-industrija m’għandiex tkun inkluża hawnhekk imma fl-indikaturi tat-trasport. L-emissjonijiet li jirriżultaw minn makkinarju mobbli għat-toroq imħarbta u ta’ xort’oħra fl-industrija għandhom ikunu inklużi f’dan is-settur. |
It-total tal-valur miżjud gross ta’ l-industrija, Biljuni ta’ Euro (EC95) |
Il-valur miżjud gross bil-prezzijiet kostanti ta’ l-1995 fl-industriji tal-manifattura (NACE 15-22, 24-37), fil-kostruzzjoni (NACE 45) u fit-tħaffir fil-minjieri u fil-barrieri (ħlief il-minjieri tal-faħam u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass) (NACE 13-14) (sors: Il-Kontabbiltà Nazzjonali) |
|||
5 |
HOUSEHOLDS A.1 |
L-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tad-djar t/dar |
L-emissjonijiet tas-CO2 mill-konsum tal-fjuwils fossili tad-djar, kt |
L-emissjonijiet tas-CO2 mill-konsum tal-fjuwils fossili fid-djar (kategorija tas-sorsi ta’ l-IPCC 1A4b). |
Il-ħażna ta’ djar okkupati b’mod permanenti, 1 000 |
Il-ħażna ta’ djar okkupati b’mod permanenti |
|||
6 |
SERVICES A0 |
L-intensità tas-CO2 tas-settur kummerċjali u istituzzjonali, t/Miljuni ta’ Euro |
L-emissjonijiet tas-CO2 mill-konsum tal-fjuwils fossili fis-settur kummerċjali u istituzzjonali, kt |
L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili f’bini kummerċjali u istituzzjonali fis-setturi pubbliċi u privati (kategorija tas-sorsi ta’ l-IPCC 1A4a). L-enerġija li ntużat għat-trasport mis-servizzi m’għandiex tkun inkluża hawnhekk imma fl-indikaturi tat-trasport |
Il--valur miżjud gross tas-servizzi, Biljuni ta’ Euro (EC95) |
Il-valur miżjud gross bil-prezzijiet kostanti ta’ l-1995 fis-servizzi (NACE 41, 50, 51, 52, 55, 63, 64, 65, 66, 67, 70, 71, 72, 73, 74, 75, 80, 85, 90, 91, 92, 93, 99) (sors: Il-Kontabbiltà Nazzjonali) |
|||
7 |
TRANSFORMATION B0 |
L-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 ta’ l-impjanti pubbliċi u awtoproduċenti ta’ l-enerġija, t/TJ |
L-emissjonijiet tas-CO2 minn impjanti pubbliċi u awtoproduċenti ta’ l-enerġija termali, kt |
L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili kollha għall-produzzjoni ta’ l-elettriku u tas-sħana grossi minn impjanti pubbliċi u awtoproduċenti ta’ l-enerġija termali u tas-sħana u ta’ l-enerġija kkombinati. L-emissjonijiet mill-impjanti tas-sħana biss mhumiex inklużi. |
Il-prodotti kollha — l-output minn impjanti pubbliċi u awtoproduċenti ta’ l-enerġija termali, PJ |
L-elettriku gross prodott u kwalunkwe sħana mibjugħa lil partijiet terzi (impjanti tas-sħana u ta’ l-enerġija kkombinati — CHP) minn impjanti pubbliċi u awtoproduċenti ta’ l-enerġija termali u tas-sħana u ta’ l-enerġija kkombinati. L-output mill-impjanti tas-sħana biss mhux inkluż. L-impjanti termali pubbliċi jiġġeneraw elettriku (u sħana) għal bejgħ lil partijiet terzi, bħala l-attività primarja tagħhom. Jistgħu jkunu proprjetà ta’ persuni privati jew pubbliċi. L-impjanti awtoproduċenti ta’ l-enerġija termali jiġġeneraw l-elettriku (u s-sħana) għalkollox jew parzjalment għall-użu tagħhom bħala attività, li ssostni l-attività primarja tagħhom. Il-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku gross titkejjel fl-iżbokk tat-transformers ewlenin, jiġifieri l-konsum ta’ l-elettriku fl-awżiljarji ta’ l-impjant u fit-transformers mhux inkluż. (sors: il-bilanċ ta’ l-enerġija) |
TABELLA II-2
Lista ta’ indikaturi prijoritarji addizzjonali (4)
Nru |
In-Nomenklatura fl-indikaturi ta’ l-Eurostat ta’ l-effiċjenza fl-enerġija |
L-Indikatur |
In-numeratur/id-denominatur |
Gwida/definizzjonijiet (5) |
1 |
TRANSPORT D0 |
L-emissjonijiet tas-CO2 mit-trasport tal-merkanzija fit-triq, kt |
|
L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili għall-attività kollha tat-trasport bi trakkijiet li ma jifilħux għal ħafna strapazz (vetturi b’piż gross tal-vettura ta’ 3 900 kg jew inqas imfassla primarjament għat-trasport ta’ merkanzija li ma tantx tkun tqila jew li jkunu mgħammra b’karatteristiċi speċjali bħal li tingrana fuq erba’ roti (four-wheel drive) għal sewqan f’toroq imħarbta (— kategorija tas-sorsi ta’ l-IPCC 1A3bii) u trakkijiet li jifilħu għall-istrapazz (kwalunkwe vettura kklassifikata bħala li għandha aktar minn 3 900 kg f’piż gross tal-vettura mfassla primarjament għat-trasport ta’ merkanzija tqila — kategorija tas-sorsi ta’ l-IPCC 1A3biii ħlief il-karozzi tal-linja). |
It-trasport tal-merkanzija fit-toroq, Mtkm |
|
In-numru ta’ tunnellati metriċi f’kilometri ttrasporati fi trakkijiet li ma tantx jifilħu għal strapazz u fi trakkjiet li jifilħu għall-istrapazz fit-toroq; tunnellata metrika f’kilometru wieħed tirrappreżenta t-trasport ta’ tunnellata metrika fit-triq tul kilometru wieħed. (sors: statistika tat-trasport) Nota: Jekk ikun possibbli, id-data ta’ attività għandha tkun konsistenti mad-data dwar l-emissjonijiet.. |
||
2 |
INDUSTRY A1.1 |
L-intensità totali tas-CO2 — l-industrija tal-ħadid u ta’ l-azzar, t/Miljuni ta’ Euro |
L-emissjonijiet totali tas-CO2 mill-ħadid u mill-azzar, kt |
L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili fil-manifattura tal-ħadid u ta’ l-azzar inkluża l-kombustjoni għall-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku u tas-sħana (kategorija tas-sorsi ta’ l-IPCC 1A2a), mill-proċess ta’ produzzjoni tal-ħadid u ta’ l-azzar (kategorija tas-sorsi ta’ l-IPCC 2C1) u mill-proċess ta’ produzzjoni tal-ligi tal-ħadid (kategorija tas-sorsi ta’ l-IPCC 2C2). |
Il-valur miżjud gross — l-industrija tal-ħadid u ta’ l-azzar, Biljuni ta’ Euro (EC95) |
Il-valur miżjud gross bil-prezzijiet kostanti ta’ l-1995 fil-manifattura tal-ħadid u ta’ l-azzar bażiċi u tal-ligi tal-ħadid (NACE 27.1), fil-manifattura tat-tubi (NACE 27.2), l-ewwel ipproċessar ieħor tal-ħadid u ta’ l-azzar (NACE (27.3), il-ikkastjar tal-ħadid (NACE 27.51) u l-ikkastjar ta’ l-azzar (NACE 27.52). (sors: Il-Kontabbiltà Nazzjonali) |
|||
3 |
INDUSTRY A1.2 |
L-intensità tas-CO2 relatata ma’ l-enerġija — l-industrija kimika, t/Miljuni ta’ Euro |
L-emissjonijiet tas-CO2 relatati ma’ l-enerġija fl-industriji kimiċi, kt |
L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili fil-manifattura tal-kimiċi u tal-prodotti kimiċi, inkluża l-kombustjoni għall-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku u tas-sħana (kategorija tas-sorsi ta’ l-IPCC 1A2c). |
Il-valur miżjud gross għall-industrija kimika, Biljuni ta’ Euro (EC95) |
Il-valur miżjud gross bil-prezzijiet kostanti ta’ l-1995 fil-manifattura tal-kimiċi u tal-prodotti kimiċi (NACE 24) (sors: Il-Kontabbiltà Nazzjonali) |
|||
4 |
INDUSTRY A1.3 |
L-intensità tas-CO2 relatata ma’ l-enerġija — l-industrija tal-ħġieġ, tal-fuħħar u tal-materjali tal-bini, t/Miljuni ta’ Euro |
L-emissjonijiet tas-CO2 relatati ma’ l-enerġija tal-ħġieġ, tal-fuħħar u tal-materjali tal-bini, kt |
L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils fil-manifattura ta’ prodotti minerali mhux metalliċi (NACE 26) inkluża l-kombustjoni għall-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku u tas-sħana. |
Il-valur miżjud gross- l-industrija tal-ħġieġ, tal-fuħħar u tal-materjali tal-bini, Biljuni ta’ Euro (EC95) |
Il-valur miżjud gross bil-prezzijiet kostanti ta’ l-1995 fil-manifattura ta’ prodotti minerali mhux metalliċi (NACE 26) (sors: Il-Kontabbiltà Nazzjonali) |
|||
5 |
INDUSTRY C0.1 |
L-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 ta’ l-industrija tal-ħadid u ta’ l-azzar, t/t |
L-emissjonijiet totali tas-CO2 mill-ħadid u mill-azzar, kt |
L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili fil-manifattura tal-ħadid u ta’ l-azzar inkluża l-kombustjoni għall-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku u tas-sħana (kategorija tas-sorsi ta’ l-IPCC 1A2a), mill-proċess ta’ produzzjoni tal-ħadid u ta’ l-azzar (kategorija tas-sorsi ta’ l-IPCC 2C1) u mill-proċess ta’ produzzjoni tal-ligi tal-ħadid (kategorija tas-sorsi ta’ l-IPCC 2C2). |
Il-produzzjoni ta’ l-azzar bl-ossiġnu, kt |
Il-produzzjoni ta’ l-azzar bl-ossiġnu, kt (NACE 27) (sors: statistika tal-produzzjoni) |
|||
6 |
INDUSTRY C0.2 |
L-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 relatati ma’ l-enerġija ta’ l-industrija tas-siment, t/t |
L-emissjonijiet tas-CO2 relatati ma’ l-enerġija mill-ħġieġ, mill-fuħħar u mill-materjali tal-bini, kt |
L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils fil-manifattura ta’ prodotti minerali mhux metalliċi (NACE 26) inkluża l-kombustjoni għall-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku u tas-sħana. |
Il-produzzjoni tas-siment, kt |
Il-produzzjoni tas-siment (NACE 26) (sors: statistika tal-produzzjoni) |
TABELLA II-3
Lista ta’ indikaturi supplimentari
Nru |
In-Nomenklatura fl-indikaturi ta’ l-Eurostat ta’ l-effiċjenza fl-enerġija |
L-Indikatur |
In-numeratur/id-denominatur |
Gwida/definizzjonjiet |
1 |
TRANSPORT B0 |
L-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 relatati mad-diżil tal-karozzi tal-passiġġieri, g/100km |
L-emissjonijiet tas-CO2 ta’ karozzi tal-passiġġieri li jaħdmu bid-diżil, kt |
L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tad-diżil għall-attività kollha ta’ trasport bil-karozzi tal-passiġġeri (karozzi mfassla primarjament għat-trasport tal-persuni u li jesgħu 12-il persuna jew inqas; klassi tal-piż gross tal-vettura ta’ 3 900 kg jew inqas — kategorija tas-sorsi ta’ l-IPCC 1A3bi diżil biss). |
In-numru ta’ kilometri ta’ karozzi tal-passiġġieri li jaħdmu bid-diżil, Miljuni km |
In-numru ta’ kilometri ta’ vettura ta’ karozzi tal-passiġġieri li jaħdmu għalkollox bid-diżil b’liċenzja biex jużaw toroq miftuħa għat-traffiku pubbliku. (sors: statistika tat-trasport) |
|||
2 |
TRANSPORT B0 |
L-emissjonijiet speċifiċi relatati mal-petrol tas-CO2 tal-karozzi tal-passiġġieri, g/100km |
L-emissjonijiet tas-CO2 ta’ karozzi tal-passiġġieri li jaħdmu bil-petrol, kt |
L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-petrol għall-attività kollha ta’ trasport bil-karozzi tal-passiġġieri (karozzi mfassla primarjament għat-trasport tal-persuni u li jesgħu 12-il persuna jew inqas; klassi tal-piż gross tal-vettura ta’ 3 900 kg jew inqas — kategorija tas-sorsi ta’ l-IPCC 1A3bi petrol biss). |
In-numru ta’ kilometri ta’ karozzi tal-passiġġieri li jaħdmu bil-petrol, Miljuni km |
In-numru ta’ kilometri ta’ vettura ta’ karozzi tal-passiġġieri li jaħdmu għalkollox bil-petrol b’liċenzja biex jużaw toroq miftuħa għat-traffiku pubbliku. (sors: statistika tat-trasport) |
|||
3 |
TRANSPORT C0 |
L-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tal-karozzi tal-passiġġieri, t/pkm |
L-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri, kt |
L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili għall-attività kollha ta’ trasport bil-karozzi tal-passiġġieri (karozzi mfassla primarjament għat-trasport tal-persuni u li jesgħu 12-il persuna jew inqas; klassi tal-piż gross tal-vettura ta’ 3 900 kg jew inqas — kategorija tas-sorsi ta’ l-IPCC 1A3bi). |
It-trasport tal-passiġġieri bil-karozzi, Mpkm |
In-numru ta’ kilometri ta’ passiġġieri vvjaġġati f’karozzi tal-passiġġieri; kilometru ta’ passiġġier wieħed huwa t-trasport ta’ passiġġier wieħed tul kilometru wieħed. (sors: statistika tat-trasport) Nota: Jekk ikun possibbli, id-data ta’ attività għandha tkun konsistenti mad-data dwar l-emissjonijiet.. |
|||
4 |
TRANSPORT E1 |
L-emissjonijiet speċifiċi tat-trasport bl-ajru, t/passiġġier |
L-emissjonijiet tas-CO2 mit-trasport domestiku bl-ajru, kt |
L-emissjonijiet tas-CO2 mit-trasport domestiku bl-ajru (kummerċjali, privat, agrikolu, eċċ.), inklużi t-tluq u l-inżul (kategorija tas-sorsi ta’ l-IPCC 1A3aii). Eskludi l-użi tal-fjuwil fl-ajruport għat-trasport fuq l-art. Eskludi wkoll il-fjuwil għal kombustjoni stazzjonarja fl-ajruporti. |
Il-passiġġeri domestiċi bl-ajru, Miljuni |
In-numru ta’ persuni, ħlief il-membri fuq xogħol ta’ l-ekwipaġġi tat-titjira u tal-kabina, li qed jagħmlu l-vjaġġ bl-ajru (avjazzjoni domestika biss) (sors: statistika tat-trasport) Nota: Jekk ikun possibbli, id-data ta’ attività għandha tkun konsistenti mad-data dwar l-emissjonijiet.. |
|||
5 |
INDUSTRY A1.4 |
L-intensità tas-CO2 relatata ma’ l-enerġija — l-industrija ta’ l-ikel, tax-xorb u tat-tabakk, t/Miljuni ta’ Euro |
L-emissjonijiet tas-CO2 relatati ma’ l-enerġija ta’ l-industriji ta’ l-ikel, kt |
L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili fil-manifattura tal-prodotti ta’ l-ikel u tax-xorb u tal-prodotti tat-tabakk inkluża l-kombustjoni għall-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku u tas-sħana (kategorija tas-sorsi ta’ l-IPCC 1A2e). |
Il-valur miżjud gross — l-industrija ta’ l-ikel, tax-xorb u tat-tabakk, Miljuni ta’ Euro (EC95) |
Il-valur miżjud gross bil-prezzijiet kostanti ta’ l-1995 fil-manifattura tal-prodotti ta’ l-ikel u tax-xorb (NACE 15) u tal-prodotti tat-tabakk (NACE 16) (sors: Il-Kontabbiltà Nazzjonali) |
|||
6 |
INDUSTRY A1.5 |
L-intensità tas-CO2 relatata ma’ l-enerġija — l-industrija tal-karta u ta’ l-istampar, t/Miljuni ta’ Euro |
L-emissjonijiet tas-CO2 relatati ma’ l-enerġija mill-karta u l-istampar, kt |
L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili fil-manifattura tal-polpa, tal-karta u tal-prodotti tal-karta u fil-pubblikazzjoni, fl-istampar u fir-riproduzzjoni ta’ midja rrekordjata, inklużi l-emissjonijiet mill-kombustjoni għall-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku u tas-sħana (kategorija tas-sorsi ta’ l-IPCC 1A2d). |
Il-valur miżjud gross — l-industrija tal-karta u ta’ l-istampar, Miljuni ta’ Euro (EC95) |
Il-valur miżjud gross bil-prezzijiet kostanti ta’ l-1995 fil-manifattura tal-polpa, tal-karta u tal-prodotti tal-karta (NACE 21) u fil-pubblikazzjoni, fl-istampar u fir-riproduzzjoni ta’ midja rrekordjata (NACE 22) (sors: Il-Kontabbiltà Nazzjonali) |
|||
7 |
HOUSEHOLDS A0 |
L-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tad-djar għat-tisħin ta’ l-ispazju, t/m2 |
L-emissjonijiet tas-CO2 għat-tisħin ta’ l-ispazju fid-djar, kt |
L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwil għat-tisħin ta’ l-ispazju fid-djar. |
L-erja tas-superfiċje ta’ djar okkupati b’mod permanenti, Miljuni m2 |
L-erja totali tas-superfiċje ta’djar okkupati b’mod permanenti |
|||
8 |
SERVICES B0 |
L-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tas-settur kummerċjali u istituzzjonali għat-tisħin ta’ l-ispazju, kg/m2 |
L-emissjonijiet tas-CO2 mit-tisħin ta’ l-ispazju fis-setturi kummerċjali u istituzzjonali, kt |
L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili għat-tisħin ta’ l-ispazju f’bini kummerċjali u istituzzjonali fis-setturi pubbliċi u privati. |
L-erja tas-superfiċje tal-bini tas-servizzi, Miljuni m2 |
L-erja totali tas-superfiċje tal-bini tas-servizzi (NACE 41, 50, 51, 52, 55, 63, 64, 65, 66, 67, 70, 71, 72, 73, 74, 75, 80, 85, 90, 91, 92, 93, 99) |
|||
9 |
TRANSFORMATION D0 |
L-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 ta’ l-impjanti pubbliċi ta’ l-enerġija, t/TJ |
L-emissjonijiet tas-CO2 mill-impjanti pubbliċi ta’ l-enerġija termali, kt |
L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili kollha għall-produzzjoni ta’ l-elettriku u tas-sħana grossi mill-impjanti pubbliċi ta’ l-enerġija pubblika u tas-sħana u ta’ l-enerġija kkombinata (kategoriji tas-sorsi ta’ l-IPCC 1A1ai u 1A1aii). L-emissjonijiet mill-impjanti tas-sħana biss mhumiex inklużi. |
L-output tal-prodotti kollha mill-impjanti pubbliċi ta’ l-enerġija termali, PJ |
L-elettriku gross prodott u kwalunkwe sħana mibjugħa lil partijiet terzi (impjanti tas-sħana u ta’ l-enerġija kkombinati — CHP) minn impjanti pubbliċi ta’ l-enerġija termali u tas-sħana u ta’ l-enerġija kkombinati. L-output mill-impjanti tas-sħana mhux inkluż. L-impjanti pubbliċi termali jiġġeneraw elettriku (u sħana) għall-bejgħ lil partijiet terzi, bħala l-attività primarja tagħhom. Jistgħu jkunu proprjetà ta’ persuni privati jew pubbliċi. Il-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku gross titkejjel fl-iżbokk tat-transformers ewlenin, jiġifieri l-konsum ta’ l-elettriku fl-awżiljari ta’ l-impjant u fit-transformers huwa inkluż. (sors: il-bilanċ ta’ l-enerġija) |
|||
10 |
TRANSFORMATION E0 |
L-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 ta’ l-impjanti awtoproduċenti, t/TJ |
L-emissjonijiet tas-CO2 mill-awtoproduċenti, kt |
L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili kollha għall-produzzjoni ta’ l-elettriku u tas-sħana grossi minn impjanti awtoproduċenti ta’ l-enerġija termali u tas-sħana u ta’ l-enerġija kkombinati. |
L-output tal-prodotti kollha mill-impjanti awtoproduċenti ta’ l-enerġija termali, PJ |
L-elettriku gross prodott u kwalunkwe sħana mibjugħa lil partijiet terzi (sħana u enerġija kkombinati — CHP) mill-impjanti awtoproduċenti ta’ l-enerġija termali u tas-sħana u ta’ l-enerġija kkombinati. L-impjanti awtoproduċenti ta’ l-enerġija termali jiġġeneraw l-elettriku (u s-sħana) għalkollox jew parzjalment għall-użu tagħhom bħala attività, li ssostni l-attività primarja tagħhom. Il-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku gross titkejjel fl-iżbokk tat-transformers ewlenin, jiġifieri l-konsum ta’ l-elettriku fl-awżiljari ta’ l-impjant u fit-transformers huwa inkluż. (sors: il-bilanċ ta’ l-enerġija) |
|||
11 |
TRANSFORMATION |
L-intensità tal-karbonju tal-ġenerazzjoni totali ta’ l-enerġija, t/TJ |
L-emissjonijiet tas-CO2 mill-produzzjoni ta’ l-enerġija klassika, kt |
L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili kollha għall-produzzjoni ta’ l-elettriku u tas-sħana grossi mill-impjanti pubbliċi ta’ l-enerġija termali u tas-sħana u ta’ l-enerġija kkombinati u mill-impjanti awtoproduċenti ta’ l-enerġija termali u tas-sħana u ta’ l-enerġija kkombinati.. L-emissjonijiet mill-impjanti tas-sħana biss mhumiex inklużi. |
L-output tal-prodotti kollha minn impjanti pubbliċi u awtoproduċenti ta’ l-enerġija, PJ |
L-elettriku gross prodott u kwalunkwe sħana mibjugħa lil partijiet terzi (sħana u enerġija kkombinati — CHP) minn impjanti pubbliċi u awtoproduċenti ta’ l-enerġija u tas-sħana u ta’ l-enerġija kkombinati. Jinkludi l-produzzjoni ta’ l-elettriku minn sorsi rinnovabbli u bl-enerġija nukleari. (sors: il-bilanċ ta’ l-enerġija) |
|||
12 |
TRANSPORT |
L-intensità tal-karbonju tat-trasport, t/TJ |
L-emissjonijiet tas-CO2 mit-trasport, kt |
L-emissjonijiet tas-CO2 mill-fjuwils fossili għall-attività kollha tat-trasport (kategorija tas-sorsi ta’ l-IPCC 1A3) |
Il-konsum totali ta’ l-enerġija finali mit-trasport, PJ |
Jinkludi l- konsum totali ta’ l-enerġija finali mit-trasport mis-sorsi kollha ta’ l-enerġija (inkluż il-konsum tal-bijomassa u ta’ l-elettriku) (sors: il-bilanċ ta’ l-enerġija) |
|||
13 |
INDUSTRY C0.3 |
L-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 relatati ma’ l-enerġija ta’ l-industrija tal-karta, t/t |
L-emissjonijiet tas-CO2 relatati ma’ l-enerġija mill-industriji tal-karta u ta’ l-istampar, kt |
L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili fil-manifattura tal-polpa, tal-karta u tal-prodotti tal-karta u fil-pubblikazzjoni, fl-istampar u fir-riproduzzjoni ta’ midja rrekordjati inklużi l-emissjonijiet mill-kombustjoni għall-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku u tas-sħana (kategorija tas-sorsi ta’ l-IPCC 1A2d). |
L-output fiżiku tal-karta, kt |
L-output fiżiku tal-karta (NACE 21) (sors: statistika tal-produzzjoni) |
|||
14 |
INDUSTRY |
L-emissjonijiet tas-CO2 mis-settur ta’ l-industrija, kt |
|
L-emissjonijiet mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili fl-industriji tal-manifattura, fil-kostruzzjoni u fit-tħaffir fil-minjieri u fil-barrieri (ħlief għall-minjieri tal-faħam u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass) inkluża l-kombustjoni għall-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku u tas-sħana (kategorija tas-sorsi ta’ l-IPCC 1A2). L-enerġija li tintuża għat-trasport mill-industrija m’għandiex tkun inkluża hawnhekk imma fl-indikaturi tat-trasport. L-emissjonijiet li jirriżultaw minn makkinarju mobbli għat-toroq imħarbta u ta’ xort’oħra fl-industrija għandhom ikunu inklużi f’dan is-settur. |
Il-konsum totali ta’ l-enerġija finali mill-industrija, PJ |
|
Jinkludi l-konsum totali ta’ l-enerġija finali ta’ l-industrija mis-sorsi kollha ta’ l-enerġija (inkluż il-konsum tal-bijomassa u ta’ l-elettriku) (sors: il-bilanċ ta’ l-enerġija) |
||
15 |
HOUSEHOLDS |
L-emissjonijiet tas-CO2 mid-djar, kt |
|
L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili fid-djar (kategorija tas-sorsi ta’ l-IPCC 1A4b). |
Il-konsum totali ta’ l-enerġija finali mid-djar, PJ |
|
Jinkludi l-konsum totali ta’ l-enerġija finali tad-djar mis-sorsi kollha ta’ l-enerġija (inkluż il-konsum tal-bijomassa u ta’ l-elettriku) (sors: il-bilanċ ta’ l-enerġija) |
(1) L-Istati Membri għandhom jirrapportaw numeratur u denominatur, jekk ma jkunux inklużi fis-CRF.
(2) L-Istati Membri għandhom isegwu din il-gwida. Jekk ma jistgħux isegwu din il-gwida eżattament jew jekk in-numeratur u d-denominatur ma jkunux għalkollox konsistenti, l-Istati Membri għandhom jindikaw dan b’mod ċar.
(3) Ir-referenzi għall-kategoriji tas-sorsi ta’ l-IPCC jirreferu għall-IPCC (1996) Revised 1996 IPCC Guidelines for National Greenhouse Gas Inventories (Il-Linji ta’ Gwida Riveduti ta’ l-IPCC għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra ta’ l-1966).
(4) L-Istati Membri għandhom jirrapportaw numeratur u denominatur, jekk ma jkunux inklużi fis-CRF.
(5) L-Istati Membri għandhom isegwu din il-gwida. Jekk ma jistgħux isegwu din il-gwida eżattament jew jekk in-numeratur u d-denominatur ma jkunux għalkollox konsistenti, l-Istati Membri għandhom jindikaw dan b’mod ċar.
ANNESS III
L-indikaturi għall-projezzjonijiet biex ikun immonitorjat u evalwat il-progress bil-politiki u bil-miżuri (1)
Nru |
Is-setturi ta’ l-Eurostat |
L-indikatur |
In-numeratur/id-denominatur |
1 |
MACRO |
L-intensità tas-CO2 tal-PGD, t/Miljuni ta’ Euro |
L-emissjonijiet totali tas-CO2, kt |
Il-PGD, Biljuni ta’ Euro (EC95) |
|||
2 |
TRANSPORT C0 |
L-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri, kt |
|
In-numru ta’ kilometri mill-karozzi tal-passiġġieri, Mkm |
|
||
3 |
TRANSPORT D0 |
L-emissjonijiet tas-CO2 mit-trasport għall-ġarr tal-merkanzija (il-mezzi kollha), kt |
|
It-trasport tal-ġarr tal-merkanzija (il-mezzi kollha), Mtkm |
|
||
4 |
INDUSTRY A1 |
L-intensità tas-CO2 relatata ma’ l-enerġija ta’ l-industrija, t/Miljuni ta’ Euro |
L-emissjonijiet tas-CO2 mill-konsum tal-fjuwils fossili ta’ l-industrija, kt |
Il-valur miżjud gross totali ta’ l-industrija, Biljuni ta’ Euro (EC95) |
|||
5 |
HOUSEHOLDS A1 |
L-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tad-djar, t/dar |
L-emissjonijiet tas-CO2 mill-konsum tal-fjuwils fossili tad-djar, kt |
Il-ħażna ta’ djar okkupati b’mod permanenti, 1 000 |
|||
6 |
SERVICES A0 |
L-intensità tas-CO2 tas-settur tas-servizzi, t/Miljuni ta’ Euro |
L-emissjonijiet tas-CO2 mill-konsum tal-fjuwils fossili tas-servizzi, kt |
Il-valur miżjud gross — is-servizzi, Biljuni ta’ Euro (EC95) |
|||
7 |
TRANSFORMATION B0 |
L-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 ta’ l-impjanti pubbliċi u awtoproduċenti ta’ l-enerġija, t/TJ |
L-emissjonijiet tas-CO2 mill-impjanti pubbliċi u awtoproduċenti ta’ l-enerġija termali, kt |
Il-prodotti kollha –l-output mill-impjanti pubbliċi u awtoproduċenti ta’ l-enerġija termali, PJ |
|||
8 |
AGRICULTURE |
L-emissjonijiet speċifiċi ta’ l-N2O ta’ l-użu tal-fertilizzanti u tad-demel, kg/kg |
L-emissjonijiet ta’ l-N2O mill-użu tal-fertilizzanti sintetiċi u tad-demel, kt |
L-użu tal-fertilizzanti sintetiċi u tad-demel, kt nitroġenu |
|||
9 |
AGRICULTURE |
L-emissjonijiet speċifiċi tas-CH4 tal-produzzjoni ta’ l-ifrat, kg/ras |
L-emissjonijiet tas-CH4 mill-ifrat, kt |
Il-popolazzjoni ta’ l-ifrat, 1 000 ras |
|||
10 |
WASTE |
L-emissjonijiet speċifiċi tas-CH4 mill-miżbliet, kt/kt |
L-emissjonijiet tas-CH4 mill-miżbliet, kt |
L-iskart solidu muniċipali li jmur fil-miżbliet, kt |
(1) Għal gwida/definizzjonijiet aktar dettaljati għall-indikaturi 1-7 ara l-Anness II. Jekk ikun possibbli, l-indikaturi 1-7 għandhom ikunu konsistenti ma’ l-indikaturi ekwivalenti fl-Anness II; l-indikaturi 8-10 għandhom ikunu konsistenti ma’ l-informazzjoni pprovduta fis-CRF.
ANNESS IV
IL-LISTA TAL-PARAMETRI DWAR IL-PROJEZZJONIJIET
1. Il-parametri mandatorji dwar il-projezzjonijiet
Is-suppożizzjonijiet għall-parametri ekonomiċi ġenerali
— |
Il-Prodott Gross Domestiku (PGD) (il-valur fi snin partikolari jew ir-rata annwali tat-tkabbir ekonomiku u s-sena bażi) |
— |
Il-Popolazzjoni (il-valur fi snin partikolari jew ir-rata annwali tat-tkabbir ekonomiku u s-sena bażi) |
— |
Il-prezzijiet internazzjonali tal-faħam fi snin partikolari f’€ għal kull tunnellata metrika jew GJ (Gigajoule) |
— |
Il-prezzijiet internazzjonali taż-żejt fi snin partikolari f’€ għal kull barmil jew GJ |
— |
Il-prezzijiet internazzjonali tal-gass fi snin partikolari f’€ għal kull m3 jew GJ |
Is-suppożizzjonijiet għas-settur ta’ l-enerġija
— |
Il-konsum totali gross intern f’Petajoule (PJ) (maqsum skond żejt, gass, faħam, rinnovabbli, nukleari, oħra) |
— |
Il-produzzjoni totali ta’ l-elettriku skond it-tip ta’ fjuwil (żejt, gass, faħam, rinnovabbli, nukleari, oħra) |
— |
Id-domanda ta’ l-enerġija skond is-settur maqsuma skond il-fjuwil (ikkonsenjat) (is-setturi ssuġġeriti huma industriji ta’ l-enerġija, l-industrija, kummerċjali jew terzjarju, residenzjali u trasport) |
— |
Is-suppożizzjonjiet dwar il-parametri tat-temp, speċjalment il-jiem tal-gradi ta’ tisħin jew ta’ tiksiħ |
Is-suppożizzjonijiet għas-settur ta’ l-industrija
Għall-Istati Membri li jużaw mudelli makroekonomiċi
— |
Is-sehem tas-settur industrijali fi PGD u f’rata ta’ tkabbir ekonomiku |
Għall-Istati Membri li jużaw mudelli oħra
— |
L-indiċi tal-produzzjoni għas-settur industrijali (il-qasma ssuġġerita hija industrija intensiva fl-enerġija bbażata fuq il-produzzjoni fiżika u l-industrija tal-manifattura bbażata fuq il-valur monetarju) |
Is-suppożizzjonijiet għas-settur tat-trasport
Għall-Istati Membri li jużaw mudelli makroekonomiċi
— |
It-tkabbir tat-trasport relattiv għall-PGD |
Għall-Istati Membri li jużaw mudelli oħra
— |
It-tkabbir tal-kilometri għal kull persuna passiġġiera |
— |
It-tkabbir tal-kilometri għal kull tunnellata metrika ta’ merkanzija |
Is-suppożizzjonijiet għall-bini (fis-settur residenzjali u kummerċjali jew terzjarju)
Għall-Istati Membri li jużaw mudelli makroekonomiċi
— |
Il-livell tal-konsum privat (ħlief it-trasport privat) |
— |
Is-sehem tas-settur terzjarju fil-PGD u fir-rata tat-tkabbir ekonomiku |
Għall-Istati Membri li jużaw mudelli oħra
— |
Ir-rata tal-bidla fl-ispazju ta’ ma’ l-art għall-bini terzjarji u tad-djar |
— |
In-numru ta’ djar u n-numru ta’ impjegati fis-settur terzjarju |
Is-suppożizzjonijiet fis-settur agrikolu
Għall-Istati Membri li jużaw mudelli makroekonomiċi
— |
Is-sehem tas-settur agrikolu fil-PGD u fit-tkabbir ekonomiku relattiv |
Għall-Istati Membri li jużaw mudelli oħra
— |
In-numri ta’ bhejjem skond it-tip ta’ annimal (għaċ-ċanga tal-fermentazzjoni enterika, għall-ifrat u l-baqar tal-ħalib, għan-ngħaġ, għall-ġestjoni tad-demel u anki għall-ħnieżer u t-tjur domestiċi) |
— |
L-erja ta’ l-uċuh tar-raba’ skond it-tip ta’ uċuh tar-raba’ |
— |
Il-fatturi ta’ emissjoni skond it-tip ta’ bhejjem għall-fermentazzjoni enterika u għall-ġestjoni tad-demel u skond it-tip ta’ uċuh tar-raba’ u l-użu tal-fertilizzant (tunnellati metriċi) |
Is-suppożizzjonijiet fis-settur ta’ l-iskart
— |
Il-ġenerazzjoni ta’ l-iskart għal kull ras tal-popolazzjoni jew tunnellati metriċi ta’ skart solidu muniċipali |
— |
Il-frazzjonijiet organiċi ta’ l-iskart solidu muniċipali |
— |
L-iskart solidu muniċipali mormi fil-miżbliet, maħruq jew magħmlu f’kompost (f’tunnellati metriċi jew %) |
Is-suppożizzjonijiet fis-settur tal-foresterija
— |
Id-definizzjonijiet ta’ foresta |
— |
Iż-żoni ta’:
|
2. Il-parametri rrakkomandati dwar il-projezzjonijiet
Is-suppożizzjonijiet għall-parametri ekonomiċi ġenerali
— |
Ir-rati tat-tkabbir tal-PGD maqsuma skond is-setturi industrijali b’relazzjoni għall-2000 |
— |
Il-paragun tad-data projettata mal-previżjonijiet uffiċjali |
Is-suppożizzjonijiet għas-settur ta’ l-enerġija
— |
Il-prezzijiet nazzjonali ta’ l-enerġija mill-faħam, miż-żejt u mill-gass għal kull settur (inlużi t-taxxi) — is-setturi ssuġġeriti huma l-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku u tas-sħana, is-setturi ta’ l-industrija, kummerċjali, residenzjali u trasport. Għandhom jiġu kkwotati prezzijiet kostanti |
— |
Il-prezzijiet nazzjonali ta’ l-elettriku għal kull settur bħal aktar ’il fuq (jista’ jkun output mudell) |
— |
Il-produzzjoni totali tat-tisħin distrettwali skond it-tip ta’ fjuwil |
Is-suppożizzjonijiet għas-settur ta’ l-industrija
— |
Is-suppożizzjonijiet għall-gassijiet fluworinati
|
Għall-Istati Membri li jużaw mudelli makroekonomiċi
— |
Is-sehem tal-PGD għal setturi u għal rati ta’ tkabbir ekonomiku differenti |
— |
Ir-rata ta’ titjib fl-intensità ta’ l-enerġija (1990 = 100) |
Għall-Istati Membri li jużaw mudelli oħra
— |
L-indiċi tal-produzzjoni għal setturi differenti |
— |
Ir-rata ta’ titjib jew l-indiċi ta’ l-effiċjenza fl-enerġija |
Is-suppożizzjonijiet għall-bini (fis-settur residenzjali u kummerċjali jew terzjarju)
Għall-Istati Membri li jużaw mudelli makroekonomiċi
— |
Is-sehem ta’ setturi terzjarji u tad-djar fil-PGD |
— |
Ir-rata ta’ titjib fl-intensità ta’ l-enerġija |
Għall-Istati Membri li jużaw mudelli oħra
— |
In-numru ta’ djar |
— |
In-numru ta’ bini ġdid |
— |
Ir-rata ta’ titjib fl-effiċjenza ta’ l-enerġija (1990 = 100) |
Is-suppożizzjonijiet għas-settur tat-trasport
Għall-Istati Membri li jużaw mudelli ekonometriċi
— |
It-tkabbir tat-trasport relattiv għall-PGD — maqsum skond il-passiġġieri u l-merkanzija |
— |
It-titjib fl-effiċjenza ta’ l-enerġija — maqsum skond it-tip ta’ vettura |
— |
It-titjib fl-effiċenzja ta’ l-enerġija — maqsum skond it-tip ta’ vettura, speċifika jekk japplikax għall-grupp kollu jew għall-karozzi l-ġodda |
— |
Ir-rata ta’ bidla fil-qasma modali (passiġġier u merkanzija) |
— |
It-tkabbir ta’ kilometri fit-triq tal-passiġġieri |
— |
It-tkabbir tal-kilometri ferrovjarji tal-passiġġieri |
— |
It-tkabbir tal-kilometri fil-qasam ta’ l-avjazzjoni tal-passiġġieri |
— |
It-tkabbir tal-kilometri ta’ tunnellati metriċi ta’ merkanzija fit-triq |
— |
It-tkabbir tal-kilometri ta’ tunnellati metriċi ta’ merkanzija bil-ferrovija |
— |
It-tkabbir tal-kilometri ta’ tunnellati metriċi ta’ merkanzija bin-navigazzjoni |
Is-suppożizzjonijiet għas-settur agrikolu
Għall-Istati Membri li jużaw mudelli ekonometriċi
— |
Il-kummerċ agrikolu (importazzjoni/esportazzjoni) |
— |
Il-konsum domestiku (eż. konsum ta’ ħalib/ċanga) |
Għall-Istati Membri li jużaw mudelli oħra
— |
L-iżvilupp ta’ żona ta’ uċuh tar-raba’, ta’ art tal-mergħa, ta’ art tal-ħrit, ta’ art imwarrba, ta’ art biex tinbidel f’foresti, eċċ |
— |
Is-suppożizzjonijiet makroekonomiċi wara l-projezzjonijiet ta’ l-attività agrikola |
— |
Deskrizzjoni tal-bhejjem (eż. skond l-input/il-bilanċ tan-nutrijenti, l-output/il-produzzjoni ta’ l-annimali, il-kwota tal-produzzjoni tal-ħalib/produttività ta’ l-ifrat) |
— |
L-iżvilupp ta’ tipi ta’ biedja (eż. konvenzjonali intensiva, biedja organika) |
— |
Distribuzzjoni ta’ sistemi ta’ kenn/mergħa u perjodu ta’ kenn/mergħa |
— |
Il-parametri tar-reġim tal-fertilizzanti
|
— |
Il-parametri tas-sistema ta’ ġestjoni tad-demel
|
— |
Il-parameri relatati ma’ l-emissjonijiet ta’ l-ossidu nitruż mill-ħamrija agrikola (eż., il-frazzjoni ta’ tnixxija tan-Nitroġenu, il-fattur ta’ emissjoni għal emissjonijiet diretti, il-kontenut ta’ nitroġenu fir-residwi ta’ l-uċuh tar-raba’) |
— |
L-ammont ta’ trattament tad-demel |
ANNESS V
Kwestjonarju dwar l-użu tal-mekkaniżmi tal-Protokoll ta’ Kjoto sabiex jintlaħqu l-miri ta’ l-2008-2012
1. |
L-Istat Membru tiegħek biħsiebu juża l-implimentazzjoni konġunta (JI), il-mekkaniżmu ta’ żvilupp nadif (CDM) u l-iskambju internazzjonali ta’ l-emissjonijiet (IET) skond il-Protokoll ta’ Kjoto (il-mekkaniżmi ta’ Kjoto) sabiex jissodisfa l-impenn ikkwantifikat ta’ limitu jew ta’ tnaqqis ta’ l-emissjonijiet tiegħu skond l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2002/358/KE u l-Protokoll ta’ Kjoto? Jekk iva, liema progress sar bid-dispożizzjonijiet implimentattivi (il-programmi operattivi, id-deċiżjonijiet istituzzjonali) u kwalunkwe leġiżlazzjoni domestika relatata? |
2. |
L-Istat Membru tiegħek stabbilixxa u nnotifika lill-UNFCCC awtorità nazzjonali magħżula għall-proġetti tal-mekkaniżmu ta’ l-iżvilpp nadif u punt fokali magħżul għal proġetti ta’ l-implimentazzjoni konġunta? Jekk iva, jekk jogħġbok agħti d-dettalj. |
3. |
Liema mit-tliet mekkaniżmi ta’ Kjoto qed juża jew qed jippjana li juża l-Istat Membru tiegħek? |
4. |
Liema kontributi kwantitativi biex jiġi sodisfatt l-impenn ikkwantifikat ta’ limitu jew ta’ tnaqqis ta’ l-emissjonijiet skond l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2002/358/KE u l-Protokoll ta’ Kjoto l-Istat Membru tiegħek qed jistenna mill-mekkaniżmi ta’ Kjoto matul l-ewwel perjodu ta’ impenn ikkwantifikat ta’ limitu u ta’ tnaqqis ta’ l-emissjonijiet, mill-2008 sa l-2012 (jekk jogħġbok uża t-tabella 1 t’hawn taħt)? TABELLA 1 Il-kontribut kwantitativ tal-mekkaniżmi ta’ Kjoto għall-ewwel perjodu ta’ impenn
|
5. |
Speċifika l-baġit f’€ għall-użu totali tal-mekkaniżmi ta’ Kjoto u, fejn ikun possibbli, għal kull mekkaniżmu u inizjattiva, programm jew fond, inkluż iż-żmien li matulu se jintefaq il-baġit. |
6. |
Ma’ liema pajjiżi l-Istat Membru tiegħek ikkonkluda ftehimiet bilaterali jew multilaterali, jew ftiehem dwar memoranda ta’ fehim jew kuntratti għall-implimentazzjoni ta’ attivitajiet ibbażati fuq proġetti? |
7. |
Għal kull attività ta’ proġett ta’ mekkaniżmu ta’ żvilupp nadif u ta’ implimentazzjoni konġunta ippjanat, li għaddej bħalissa u li ġie kkompletat li fiha ipparteċipa l-Istat Membru tiegħek, agħti l-informazzjoni li ġejja:
|
(*) Jekk ikun possibbli, jekk jogħġbok iddiżaggrega din id-data kif ġie ssuġġerit fil-Korsiv.
ANNESS VI
Il-proċeduri u l-perjodi ta’ żmien għall-kompilazzjoni ta’ l-inventarju Komunitarju tal-gassijiet serra u tar-rapport dwar l-inventarju
L-element |
Min |
Meta |
Xiex |
||
|
L-Istati Membri |
Kull sena, sal-15 ta’ Jannar |
L-elementi elenkati fl-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 280/2004/KE kif ġew elaborati fl-Artikolu 2 sa 7. Il-passi li ttieħdu sabiex jittejbu l-istimi f’oqsma li qabel kienu aġġustati skond l-Artikolu 5.2 tal-Protokoll ta’ Kjoto (għar-rapportaġġ skond l-Protokoll ta’ Kjoto) |
||
|
Il-Kummissjoni (inklużi d-DĠ ESTAT (Eurostat), id-DĠ JRC (JRC)), mgħejjuna mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) |
Mill-aktar fis possibbli wara li tiġi riċevuta d-data ta’ l-Istati Membri, mhux aktar tard mill–1 ta’ April |
Il-kontrolli inizjali u l-kontrolli tal-konsistenza (mill-EEA). Il-paragun tad-data dwar l-enerġija pprovduta mill-Istati Membri fuq il-bażi tal-Metodu ta’ Referenza ta’ l-IPCC mad-data dwar l-enerġija tal-Eurostat (mill-Eurostat u mill-Istati Membri) u l-kontroll ta’ inventarji ta’ l-Istati Membri ta’ l-agrikoltura u ta’ l-użu ta’ l-art, tal-bidla fl-użu ta’ l-art u tal-foresterija (LULUCF) mid-DĠ JRC (b’konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri). |
||
|
Il-Kummissjoni (inklużi l-Eurostat, JRC), mgħejjuna mill-EEA |
Sat-28 ta’ Frar |
L-Abbozz ta’ l-inventarju Komunitarju (mill-EEA), ibbażat fuq l-inventarji ta’ l-Istati Membri u, fejn ikun meħtieġ, fuq informazzjoni addizzjonali. |
||
|
Il-Kummissjoni mgħejjuna mill-EEA |
it-28 ta’ Frar |
Iċ-ċirkolazzjoni ta’ l-abbozz ta’ l-inventarju Komunitarju fit-28 ta’ Frar lill-Istati Membri. L-Istati Membri jikkontrollaw id-data. |
||
|
L-Istati Membri |
il-15 ta’ Marzu |
Id-data ta’ l-inventarju aġġornata jew addizzjonali mressqa mill-Istati Membri (sabiex jitneħħew inkonsistenzi jew jimtela il-vojt), u rapporti kompluti dwar l-inventarji nazzjonali finali |
||
|
Il-Kummissjoni mgħejjuna mill-EEA |
il-31 ta’ Marzu |
Il-Kummissjoni tipprepara l-istimi għad-data nieqsa sal-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ rapportaġġ, wara konsultazzjoni ma’ l-Istat Membru kkonċernat, u tikkomunikahom lill-Istati Membri. |
||
|
L-Istati Membri |
it-8 ta’ April |
L-Istati Membri jgħaddu kummenti dwar l-istimi tal-Kummissjoni għad-data nieqsa, sabiex jitqiesu mill-Kummissjoni. |
||
|
Il-Kummissjoni mgħejjuna mill-EEA |
il-15 ta’ April |
Is-sottomissjoni lill-UNFCCC ta’ l-inventarju Komunitarju finali u annwali. Dan l-inventarju se jintuża wkoll sabiex ikun evalwat il-progress bħala parti mill-Mekkaniżmu ta’ Monitoraġġ. |
||
|
Il-Kummissjoni mgħejjuna mill-EEA |
Mill-aktar fis possibbli wara li jiġu riċevuti r-riżultati tal-kontroll inizjali |
Il-Kummissjoni tiċċirkola r-riżultati tal-kontroll inizjali tas-sottomissjoni Komunitarja mill-aktar fis possibbli wara li tirċevihom lil dawk l-Istati Membri li ġew affetwati mill-kontrolli inizjali. |
||
|
L-Istati Membri |
Fi żmien ġimgħa minn meta jiġu riċevuti s-sejbiet |
L-Istati Membri li fir-rigward tagħhom il-kontroll inizjali indika problemi jew inkonsistenzi jagħtu r-reazzjonijiet tagħhom għall-kontroll inizjali tal-Kummissjoni. |
||
|
L-Istati Membri |
Għal kull Stat Membru, l-istess bħal fil-fażi tal-kontrolli inizjali ta’ l-UNFCCC. Skond il-Protokoll ta’ Kjoto: is-sottomissjoni mill-ġdid għandha tingħata lill-Kummissjoni fi żmien ħames ġimgħat mid-data meta suppost tiddaħħal is-sottomissjoni |
L-Istati Membri jgħaddu lill-Kummissjoni s-sottomissjonijiet mill-ġdid li jressqu quddiem is-segretarjat ta’ l-UNFCCC b’reazzjoni għall-kontrolli inizjali ta’ l-UNFCCC. L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw b’mod ċar liema partjiet ġew riveduti sabiex jiffaċilitaw l-użu għas-sottomissjoni mill-ġdid Komunitarja. Peress li s-sottomissjoni mill-ġdid Komunitarja trid ukoll tkun konformi ma’ l-iskadenzi speċifikati fil-linji ta’ gwida skond l-Artikolu 8 tal-Protokoll ta’ Kjoto, is-sottomissjoni mill-ġdid għandha tintbagħat lill-Kummissjoni qabel il-perjodu previst fil-linji ta’ gwida skond l-Artikolu 8 tal-Protokoll ta’ Kjoto, sakemm is-sottomissjoni mill-ġdid tikkoreġi d-data jew l-informazzjoni li tintuża għall-kompilazzjoni ta’ l-inventarju Komunitarju |
||
|
L-Istati Membri |
Meta jkun hemm is-sottomissjonijiet mill-ġdid addizzjonali |
L-Istati Membri jagħtu lill-Kummissjoni kwalunkwe sottomissjoni mill-ġdid oħra (CRF jew rapport dwar inventarju nazzjonali) li jagħtu lis-segretarjat ta’ l-UNFCCC wara l-fażi tal-kontroll inizjali |
ANNESS VII
Il-proċeduri u l-perjodi ta’ żmien għad-determinazzjoni tal-kwantitajiet assenjati ta’ l-Istati Membri u tal-Komunità
Meta |
Xiex |
Il-kompitu ta’ |
il-15 ta’ Jannar 2006 |
Is-sottomissjoni ta’ l-abbozzi tar-rapporti ta’ l-Istati Membri fejn tiġi stabbilita l-kwantità assenjata tagħhom quddiem il-Kummissjoni, skond l-Artikolu 23, mill-Istati Membri elenkati fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2002/358/KE |
L-Istati Membri elenkati fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2002/358/KE |
Marzu 2006 |
L-Abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar id-determinazzjoni tal-livelli ta’ emissjoni rispettivi allokati lill-Komunità u lil kull Stat Membru elenkat fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2002/358/KE skond l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2002/358/KE mibgħut lill-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima |
Il-Kummissjoni |
April 2006 |
L-Opinjoni dwar l-Abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar id-determinazzjoni tal-livelli ta’ emissjoni rispettivi allokati lill-Komunità u lil kull Stat Membru elenkat fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2002/358/KE skond l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2002/358/KE |
Il-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima |
il-15 ta’ Ġunju 2006 |
Is-sottomissjoni ta’ l-abbozzi tar-rapporti ta’ l-Istati Membri li jistabbilixxu l-kwantità assenjata tagħhom lill-Kummissjoni, skond l-Artikolu 23, mill-Istati Membri mhux elenkati fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2002/358/KE |
L-Istati Membri mhux elenkati fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2002/358/KE |
Awissu 2006 |
Iċ-ċirkolazzjoni lill-Istati Membri ta’ l-abbozz tar-rapport li jiddetermina l-kwantità assenjata Komunitarju |
Il-Kummissjoni |
Settembru 2006 |
Il-kummenti lill-Kummissjoni dwar l-abbozz tar-rapport li jiddetermina l-kwantità assenjata Komunitarja |
L-Istati Membri |
sal-31 ta’ Diċembru 2006 |
Ir-rapporti ta’ l-Istati Membri u tal-Komunità dwar id-determinazzjoni tal-kwantità assenjata tagħhom imressqa quddiem l- UNFCCC |
L-Istati Membri u l-Kummissjoni |