28.11.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1106/2012
tas-27 ta’ Novembru 2012
li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma’ pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma’ pajjiżi li mhumiex membri u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95 (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 5(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 tat-13 ta’ Diċembru 2006 dwar in-nomenklatura ta’ pajjiżi u territorji għall-istatistika tal-kummerċ estern tal-Komunità u l-istatistika tal-kummerċ bejn l-Istati Membri (2) stabbilixxa l-verżjoni ta’ dik in-nomenklatura li saret valida mill-1 ta’ Jannar 2007. |
(2) |
Is-Sudan t’Isfel sar stat indipendenti. |
(3) |
L-Antilli Olandiżi ġew dissoluti. |
(4) |
Saint Barthélemy ma għadux parti mit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea. |
(5) |
Huwa meħtieġ kodiċi biex jiġu koperti t-transazzjonijiet li jinvolvu l-installazzjonijiet fuq l-ibħra (pjattaformi taż-żejt, parks eoliċi, kejbils transoċeaniċi). |
(6) |
Il-kodifikazzjoni alfabetika tal-pajjiżi u t-territorji għandha tirrifletti l-verżjoni kurrenti tal-Istandard ISO alpha 2, safejn hija kompatibbli mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u l-ħtiġijiet statistiċi tal-Unjoni. |
(7) |
Huwa għalhekk xieraq li titfassal verżjoni ġdida tan-nomenklatura li tqis dawn l-iżviluppi u l-bidliet li jaffettwaw ċerti kodiċijiet. |
(8) |
Il-miżuri previsti fir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Istatistika Relatata mal-Kummerċ ta’ Merkanzija ma’ Pajjiżi Mhux Membri, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-verżjoni tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji għall-istatistika dwar il-kummerċ estern tal-Unjoni Ewropea u l-istatistika dwar il-kummerċ bejn l-Istati Membri li għandha tkun valida mill-1 ta’ Jannar 2013 hija stabbilita fl-Anness hawn taħt.
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 1833/2006 jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2013.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Novembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 152, 16.6.2009, p. 23.
(2) ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19.
ANNESS
IN-NOMENKLATURA TAL-PAJJIŻI U T-TERRITORJI GĦALL-ISTATISTIKA DWAR IL-KUMMERĊ ESTERN TAL-UNJONI U L-ISTATISTIKA DWAR IL-KUMMERĊ BEJN L-ISTATI MEMBRI
(Verżjoni valida b’effett mill-1 ta’ Jannar 2013)
Il-kodiċi |
It-test |
Id-deskrizzjoni |
AD |
Andorra |
|
AE |
l-Emirati Għarab Magħquda |
Abu Dhabi, Ajman, Dubai, Fujairah, Ras Al Khaimah, Sharjah u Umm Al Qaiwain |
AF |
l-Afganistan |
|
AG |
Antigwa u Barbuda |
|
AI |
Angwilla |
|
AL |
l-Albanija |
|
AM |
l-Armenja |
|
AO |
l-Angola |
Inkluża Cabinda |
AQ |
l-Antartika |
It-Territorju fin-Nofsinhar tal-latitudni 60° tan-Nofsinhar; mhux inklużi t-Territorji Franċiżi tan-Nofsinhar (TF), il-Gżira ta’ Bouvet (BV), il-Ġeorġja tan-Nofsinhar u l-Gżejjer Sandwich tan-Nofsinhar (GS) |
AR |
l-Arġentina |
|
AS |
is-Samoa Amerikana |
|
AT |
l-Awstrija |
|
AU |
l-Awstralja |
|
AW |
Aruba |
|
AZ |
l-Ażerbajġan |
|
BA |
il-Bosnja-Ħerzegovina |
|
BB |
il-Barbados |
|
BD |
il-Bangladexx |
|
BE |
il-Belġju |
|
BF |
Burkina Faso |
|
BG |
il-Bulgarija |
|
BH |
il-Baħrejn |
|
BI |
il-Burundi |
|
BJ |
il-Benin |
|
BL |
Saint Barthélemy |
|
BM |
Bermuda |
|
BN |
il-Brunej Darussalam |
Spiss jissejjaħ bħala l-Brunej |
BO |
l-Istat Plurinazzjonali tal-Bolivja |
Spiss tissejjaħ bħala l-Bolivja |
BQ |
Bonaire Sint Eustatius, u Saba |
|
BR |
il-Brażil |
|
BS |
il-Baħamas |
|
BT |
il-Butan |
|
BV |
il-Gżira ta’ Bouvet |
|
BW |
il-Botswana |
|
BY |
il-Belarus |
Spiss jissejjaħ bħala l-Belorussja |
BZ |
il-Beliże |
|
CA |
il-Kanada |
|
CC |
il-gżejjer Cocos (jew il-Gżejjer Keeling) |
|
CD |
ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo |
Magħrufa qabel bħala ż-Żaire |
CF |
ir-Repubblika Ċentru-Afrikana |
|
CG |
il-Kongo |
|
CH |
l-Isvizzera |
Inklużi t-territorju Ġermaniż ta’ Büsingen u l-muniċipalità Taljana ta’ Campione d’Italia |
CI |
il-Côte d’Ivoire |
Spiss tissejjaħ bħala l-Kosta tal-Ivorju |
CK |
il-Gżejjer Cook |
|
CL |
iċ-Ċilì |
|
CM |
il-Kamerun |
|
CN |
iċ-Ċina |
|
CO |
il-Kolombja |
|
CR |
il-Kosta Rika |
|
CU |
Kuba |
|
CV |
il-Kap Verde |
|
CW |
Curaçao |
|
CX |
il-Gżira Christmas |
|
CY |
Ċipru |
|
CZ |
ir-Repubblika Ċeka |
|
DE |
il-Ġermanja |
Inkluża l-gżira ta’ Heligoland; eskluż it-territorju ta’ Büsingen |
DJ |
Ġibuti |
|
DK |
id-Danimarka |
|
DM |
Dominika |
|
DO |
ir-Repubblika Dominikana |
|
DZ |
l-Alġerija |
|
EC |
l-Ekwador |
Inklużi l-Gżejjer Galápagos |
EE |
l-Estonja |
|
EG |
l-Eġittu |
|
EH |
is-Saħara tal-Punent |
|
ER |
l-Eritrea |
|
ES |
Spanja |
Inklużi l-Gżejjer Baleariċi u l-Gżejjer Kanarji; esklużi Ceuta (XC) u Melilla (XL) |
ET |
l-Etjopja |
|
FI |
il-Finlandja |
Inklużi l-gżejjer Åland |
FJ |
Fiġi |
|
FK |
il-Gżejjer Falkland |
|
FM |
l-Istati Federali tal-Mikroneżja |
Chuuk, Kosrae, Pohnpei u Yap |
FO |
il-Gżejjer Faroe |
|
FR |
Franza |
Inklużi Monako, id-dipartimenti barranin Franċiżi (il-Gujana Franċiża, il-Gwadelup, Martinique u Réunion) u l-parti Franċiża tat-Tramuntana ta’ San Martin |
GA |
il-Gabon |
|
GB |
ir-Renju Unit |
il-Gran Brittanja, l-Irlanda ta’ Fuq, il-gżejjer Channel u Isle of Man |
GD |
Grenada |
Inklużi l-Grenadini tan-Nofsinhar |
GE |
il-Ġeorġja |
|
GH |
il-Gana |
|
GI |
Ġibiltà |
|
GL |
Greenland |
|
GM |
il-Gambja |
|
GN |
il-Ginea |
|
GQ |
il-Ginea Ekwatorjali |
|
GR |
il-Greċja |
|
GS |
il-Ġeorġja tan-Nofsinhar u l-Gżejjer Sandwich tan-Nofsinhar |
|
GT |
il-Gwatemala |
|
GU |
Gwam |
|
GW |
il-Ginea Bissaw |
|
GY |
il-Gujana |
|
HK |
Ħong Kong |
Ir-Reġjun Amministrattiv Speċjali ta’ Hong Kong tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina |
HM |
il-Gżejjer Heard u McDonald |
|
HN |
il-Ħonduras |
Inklużi l-Gżejjer Swan |
HR |
il-Kroazja |
|
HT |
Ħaiti |
|
HU |
l-Ungerija |
|
ID |
l-Indoneżja |
|
IE |
l-Irlanda |
|
IL |
l-Iżrael |
|
IN |
l-Indja |
|
IO |
it-Territorju Britanniku tal-Oċean Indjan |
l-Arċipelagu Chagos |
IQ |
l-Iraq |
|
IR |
ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran |
|
IS |
l-Islanda |
|
IT |
l-Italja |
Inkluż Livigno; eskluża l-muniċipalità ta’ Campione d’Italia |
JM |
il-Ġamajka |
|
JO |
il-Ġordan |
|
JP |
il-Ġappun |
|
KE |
il-Kenja |
|
KG |
ir-Repubblika Kirgiża |
|
KH |
il-Kambodja |
|
KI |
Kiribati |
|
KM |
il-Komoros |
Anjouan, Grande Comore u Mohéli |
KN |
Saint Kitts u Nevis |
|
KP |
ir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea |
Spiss tissejjaħ bħala l-Korea ta’ Fuq |
KR |
ir-Repubblika Koreana |
Spiss tissejjaħ bħala l-Korea t’Isfel |
KW |
il-Kuwajt |
|
KY |
il-Gżejjer Kajman |
|
KZ |
il-Każakistan |
|
LA |
Ir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Laos |
Spiss jissejjaħ bħala l-Laos |
LB |
il-Libanu |
|
LC |
Santa Luċija |
|
LI |
il-Liechtenstein |
|
LK |
is-Sri Lanka |
|
LR |
il-Liberja |
|
LS |
il-Lesoto |
|
LT |
il-Litwanja |
|
LU |
il-Lussemburgu |
|
LV |
il-Latvja |
|
LY |
il-Libja |
|
MA |
il-Marokk |
|
MD |
ir-Repubblika tal-Moldova |
|
ME |
il-Montenegro |
|
MG |
il-Madagaskar |
|
MH |
il-Gżejjer Marshall |
|
MK (1) |
Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja |
|
ML |
il-Mali |
|
MM |
il-Mjanmar |
Spiss jissejjaħ bħala l-Burma |
MN |
il-Mongolja |
|
MO |
il-Makaw |
Ir-Reġjun Amministrattiv Speċjali tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina |
MP |
il-Gżejjer Marjana ta’ Fuq |
|
MR |
il-Mawritanja |
|
MS |
Montserrat |
|
MT |
Malta |
Inklużi Għawdex u Kemmuna |
MU |
il-Mawrizju |
il-Mawrizju, il-gżejjer Rodrigues, il-Gżejjer Agalega u Cargados Carajos Shoals (il-gżejjer St Brandon Islands) |
MV |
il-Maldive |
|
MW |
il-Malawi |
|
MX |
il-Messiku |
|
MY |
il-Malasja |
il-Malasja Peninsulari u l-Malasja tal-Lvant (Labuan, Sabah u Sarawak) |
MZ |
il-Możambik |
|
NA |
in-Namibja |
|
NC |
il-Kaledonja Ġdida |
Inklużi l-Gżejjer Loyalty (Lifou, Maré u Ouvéa) |
NE |
in-Niġer |
|
NF |
il-Gżira Norfolk |
|
NG |
in-Niġerja |
|
NI |
in-Nikaragwa |
Inklużi l-Gżejjer Corn |
NL |
il-Pajjiżi l-Baxxi |
|
NO |
in-Norveġja |
Inklużi l-Arċipelagu ta’ Svalbard u l-Gżira Jan Mayen |
NP |
in-Nepal |
|
NR |
Nawru |
|
NU |
Nju |
|
NZ |
in-New Zealand |
eskluża d-Dipendenza Ross (l-Antartika) |
OM |
l-Oman |
|
PA |
il-Panama |
Inkluża dik li kienet iż-Żona tal-Kanal |
PE |
il-Perù |
|
PF |
il-Polineżja Franċiża |
Il-Gżejjer Marquesas, il-gżejjer Society (inkluża Taħiti), il-Gżejjer Tuamotu, il-gżejjer Gambier u l-Gżejjer Austral. |
PG |
il-Papwa Ginea Ġdida |
il-parti tal-Lvant tal-Ginea l-Ġdida; l-Arċipelagu Bismarck (inklużi l-Brittanja Ġdida, l-Irlanda Ġdida, Lavongai (Hanover Ġdid) u l-gżejjer Admiralty); il-Gżejjer Solomon tat-Tramuntana (Bougainville u Buka); Il-Gżejjer Trobriand, il-Gżira Woodlark; il-Gżejjer d’Entrecasteaux u l-Arċipelagu Louisiade. |
PH |
il-Filippini |
|
PK |
il-Pakistan |
|
PL |
il-Polonja |
|
PM |
San Pierre u Miquelon |
|
PN |
Pitcairn |
Inklużi l-Gżejjer Ducie, Henderson u Oeno |
PS |
it-Territorju Okkupat Palestinjan |
Ix-Xatt tal-Punent (inkluża Ġerusalemm tal-Lvant) u l-Istrixxa ta’ Gaża |
PT |
il-Portugall |
Inklużi l-Ażori u Madeira |
PW |
il-Palaw |
|
PY |
il-Paragwaj |
|
QA |
il-Qatar |
|
RO |
ir-Rumanija |
|
RU |
il-Federazzjoni Russa |
Spiss tissejjaħ bħala r-Russja |
RW |
ir-Rwanda |
|
SA |
l-Arabja Sawdija |
|
SB |
il-Gżejjer Solomon |
|
SC |
is-Seychelles |
il-Gżira Mahé, il-Gżira Praslin, La Digue, Frégate u Silhouette; il-Gżejjer Amirante (inklużi Desroches, Alphonse, Platte u Coëtivy); il-Gżejjer Farquhar (inkluża Providence); il-Gżejjer Aldabra u l-Gżejjer Cosmoledo. |
SD |
is-Sudan |
|
SE |
l-Isvezja |
|
SG |
Singapor |
|
SH |
Saint Helena, Ascencion u Tristan da Cunha |
|
SI |
is-Slovenja |
|
SK |
is-Slovakkja |
|
SL |
Sjerra Leone |
|
SM |
San Marino |
|
SN |
is-Senegal |
|
SO |
is-Somalja |
|
SR |
is-Surinam |
|
SS |
is-Sudan t’Isfel |
|
ST |
Sao Tome u Principe |
|
SV |
El Salvador |
|
SX |
Sint Maarten (il-parti Olandiża) |
Il-Gżira ta’ San Martin hija maqsuma fil-parti Franċiża tat-Tramuntana u l-parti Olandiża tan-Nofsinhar. |
SY |
ir-Repubblika Għarbija Sirjana |
Spiss tissejjaħ bħala s-Sirja |
SZ |
is-Sważiland |
|
TC |
il-Gżejjer Turks u Kajkos |
|
TD |
iċ-Ċad |
|
TF |
it-Territorji Franċiżi tan-Nofsinhar |
Inklużi l-Gżejjer Kerguélen, l-Gżira Amsterdam, il-Gżira Saint-Paul, l-Arċipelagu Crozet u l-Gżejjer Franċiżi mferrxa mal-Oċean Indjan magħmula minn Bassas da India, il-Gżira Europa, il-Gżejjer Glorioso, il-Gżira Juan de Nova u l-Gżejjer Tromelin. |
TG |
it-Togo |
|
TH |
it-Tajlandja |
|
TJ |
it-Taġikistan |
|
TK |
it-Tokelaw |
|
TL |
Timor-Leste |
|
TM |
it-Turkmenistan |
|
TN |
it-Tuneżija |
|
TO |
Tonga |
|
TR |
it-Turkija |
|
TT |
Trinidad u Tobago |
|
TV |
Tuvalu |
|
TW |
it-Tajwan |
It-Territorju doganali separat tat-Tajwan, Penghu, Kinmen u Matsu |
TZ |
ir-Repubblika Unita tat-Tanżanija |
Pemba, il-Gżira ta’ Żanżibar u Tanganyika |
UA |
l-Ukraina |
|
UG |
l-Uganda |
|
UM |
il-Gżejjer Minuri Mbiegħda tal-Istati Uniti |
Inklużi l-Gżira Baker, il-Gżira Howland, il-Gżira Jarvis, Johnston Atoll, Kingman Reef, il-Gżejjer Midway, il-Gżira Navassa, Palymra Atoll u l-Gżira Wake |
US |
l-Istati Uniti |
Inkluż il-Puerto Riko |
UY |
l-Urugwaj |
|
UZ |
l-Użbekistan |
|
VA |
is-Santa Sede (il-Belt tal-Vatikan) |
|
VC |
Saint Vincent u l-Grenadini |
|
VE |
ir-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela |
Spiss tissejjaħ il-Venezwela |
VG |
il-Gżejjer Verġni Brittaniċi |
|
VI |
il-Gżejjer Verġni Amerikani. |
|
VN |
il-Vjetnam |
|
VU |
il-Vanwatu |
|
WF |
Wallis u Futuna |
Inkluża l-Gżira Alofi |
WS |
is-Samoa |
Magħrufa qabel bħala s-Samoa tal-Punent |
XC |
Ceuta |
|
XK |
il-Kosovo |
Kif iddefinit bir-Riżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta’ Ġunju 1999. |
XL |
Melilla |
Inklużi Peñón de Vélez de la Gomera, Peñón de Alhucemas u l-Gżejjer Chafarinas. |
XS |
is-Serbja |
|
YE |
il-Jemen |
Dak li kien il-Jemen tat-Tramuntana u l-Jemen tan-Nofsinhar |
YT |
il-Majott |
Grande-Terre u Pamandzi |
ZA |
l-Afrika t’Isfel |
|
ZM |
iż-Żambja |
|
ZW |
iż-Żimbabwe |
|
MIXXELLANJI |
||
EU |
L-Unjoni Ewropea |
Kodiċi li fil-kummerċ ma’ pajjiżi mhux membri, huwa riservat għad-dikjarazzjoni tal-oriġini tal-oġġetti skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-UE. Il-kodiċi ma għandux jintuża għal skopijiet ta’ statistika. |
QP |
Ibħra internazzjonali |
Il-qasam marittimu ’l barra mill-ilmijiet territorjali |
|
Mħażen u provvisti |
Intestatura fakultattiva |
jew |
|
|
QR |
Mħażen u provvisti fil-qafas tal-kummerċ intra-UE |
Intestatura fakultattiva |
QS |
Mħażen u provvisti fil-qafas tal-kummerċ ma’ pajjiżi terzi |
Intestatura fakultattiva |
QU |
Pajjiżi u territorji mhux speċifikati |
Intestatura fakultattiva |
jew |
|
|
QV |
Pajjiżi u territorji mhux speċifikati fil-qafas tal-kummerċ intra-UE |
Intestatura fakultattiva |
QW |
Pajjiżi u territorji mhux speċifikati fil-qafas tal-kummerċ ma’ pajjiżi terzi |
Intestatura fakultattiva |
QX |
Pajjiżi u territorji mhux speċifikati għal raġunijiet kummerċjali jew militari |
Intestatura fakultattiva |
jew |
|
|
QY |
Pajjiżi u territorji mhux speċifikati għal raġunijiet kummerċjali jew militari fil-qafas tal-kummerċ intra-UE |
Intestatura fakultattiva |
QZ |
Pajjiżi u territorji mhux speċifikati għal raġunijiet kummerċjali jew militari fil-qafas tal-kummerċ ma’ pajjiżi terzi |
Intestatura fakultattiva |
(1) Dan il-Kodiċi proviżorju ma jippreġudika, bl-ebda mod, id-denominazzjoni definittiva għal dan il-pajjiż, li se tkun attribwita wara l-konklużjoni tan-negozjati li għaddejjin bħalissa fin-Nazzjonijiet Uniti.